Giovanni Boccaccio

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Giovanni Boccaccio
Ħajja
Twelid Firenzeu Certaldo , 16 ?unju 1313, 1313, 1313
Nazzjonalita Repubblika ta' Firenze
L-ewwel lingwa Taljan
Mewt Certaldo , 21 Di?embru 1375
Post tad-dfin Santi Jacopo e Filippo (en) Translate
Kaw?a tal-mewt  ( edema )
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Latin
Għalliema Cino da Pistoia (en) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni novellist
poeta
diplomatiku
traduttur
bijografu
mitografu
kittieb
Xogħlijiet importanti Decameron
Elegia di Madonna Fiammetta
Buccolicum carmen (en) Translate
De casibus virorum illustrium (en) Translate
De mulieribus claris (en) Translate
De montibus (en) Translate
Genealogia deorum gentilium (en) Translate
Corbaccio (en) Translate
Il Filostrato (en) Translate
La caccia di Diana (en) Translate
Teseida (en) Translate
Amorosa visione (en) Translate
Trattatello in laude di Dante (en) Translate

Giovanni Boccaccio (pronunzja bit- Taljan : [d?o?vanni bok?katt?o]; twieled fis-16 ta' ?unju 1313 ? miet fil-21 ta' Di?embru 1375) kien kittieb u poeta Taljan , korrispondent ta' Petrarca , u umanista Rinaxximentali importanti. Huwa twieled fir-raħal ta' Certaldo , u tant sar magħruf bħala kittieb li xi kultant kien magħruf sempli?ement bħala " Certaldese " (ji?ifieri "minn Certaldo"). Huwa kien wieħed mill-i?jed figuri importanti fix-xena letterarja Ewropea tas-seklu 14. Xi studju?i (inklu? Vittore Branca ) jiddefinuh bħala l-ikbar kittieb tal-pro?a Ewropew ta' ?mienu, kittieb versatili li kien jamalgama xejriet u ?eneri letterarji differenti, u jikkonver?ihom f'xogħlijiet ori?inali, bis-saħħa tal-kreattivita e?er?itata bħala sperimentali?mu.

L-i?jed xogħlijiet notevoli tiegħu huma Il Decameron , kollezzjoni ta' stejjer qosra li fis-sekli ta' wara kienu element determinanti għat-tradizzjoni letterarja Taljana, spe?jalment wara li Pietro Bembo eleva l-istil ta' Boccaccio għal mudell tal-pro?a Taljana fis-seklu 16, u De Mulieribus Claris . Huwa kiteb il-letteratura imma?inattiva tiegħu l-iktar bit-Toskan vernakolari u xi xogħlijiet oħra kitibhom bil- Latin . Huwa magħruf b'mod partikolari għad-djalogu realistiku tiegħu li kien differenti minn dak tal-kontemporanji tiegħu li kienu kittieba Medjevali li normalment kienu jsegwu mudelli bil-formuli għall-karattri u għat-trama letterarja. L-influwenza tax-xogħlijiet ta' Boccaccio ma kinitx limitata għax-xena kulturali Taljana i?da kienet esti?a għall-kumplament tal-Ewropa, b'influwenza fuq awturi bħal Geoffrey Chaucer , figura ewlenija fil-letteratura Ingli?a, jew iktar 'il quddiem fuq Miguel de Cervantes , Lope de Vega u t-teatru klassiku Spanjol . [1]

Boccaccio, flimkien ma' Dante Alighieri u Francesco Petrarca, huwa parti mill-hekk imsejħa "Tliet Kuruni" tal-letteratura Taljana. [2] Huwa baqa' mfakkar bħala wieħed mill-prekursuri tal-umani?mu, li għen biex tissejjes il-belt ta' Firenze , flimkien mal-attivita tal-ħabib u tal- għalliem tiegħu Petrarca. Huwa kien dak li beda l-kritika u l-filolo?ija ta' Dante: Boccaccio qatta' ħafna ?mien jikkopja l-kodi?ijiet tad- Divina Commedia u kien promotur tax-xogħol u tal-figura ta' Dante.

Fis-seklu 12, Boccaccio kien is-su??ett tal-istudji kriti?i-filolo?i?i ta' Vittore Branca u ta' Giuseppe Billanovich , u d- Decameron tiegħu ?ie maħdum bħala film mir-re?ista u mill-kittieb Pier Paolo Pasolini .

Bijografija [ immodifika | immodifika s-sors ]

Tfulija u ?għo?ija, 1313-1330 [ immodifika | immodifika s-sors ]

Id-dettalji dwar it-twelid ta' Boccaccio mhumiex ?erti. Huwa twieled f'Firenze jew f'villa?? ħdejn Certaldo minn fejn kienet il-familja tiegħu. [3] [4] Huwa kien iben il-merkant minn Firenze Boccaccino di Chellino u mara mhux magħrufa; x'aktarx li twieled barra ?-?wie?. [5] Il-mara li ħadet ħsiebu bħala ommu kienet Margherita de' Mardoli. [6]

Boccaccio trabba f'Firenze. Missieru kien jaħdem għall-Compagnia dei Bardi u, fis-snin 20 tas-seklu 14, i??ewwe? lil Margherita de' Mardoli, li kienet ?ejja minn familja sinjura. Boccaccio jaf ir?ieva l- edukazzjoni tiegħu mingħand Giovanni Mazzuoli , li għallmu x-xogħlijiet ta' Dante minn eta bikrija. Fl-1326, missieru nħatar bħala kap ta' bank u ttrasferixxa l-familja tiegħu lejn Napli . Boccaccio kien apprendist fil-bank i?da ma kienx iħobb il-professjoni ta' bankier. Huwa pperswada lil missieru jħallih jistudja d- dritt fl-i Studium (illum il-?urnata l-Universita ta' Napli), fejn studja l-li?i kanonka għal sitt snin. Huwa baqa' wkoll midħla tax- xjenza u tal-istudji letterarji. [7]

Ritratt ta' Boccaccio magħmul minn Andrea del Castagno għall-ħabta tal-1450.

Missieru introdu?ieh man-nobbilta ta' Napli u mal-qorti ta' Robert l-Għaref (ir-re ta' Napli) influwenzata mill- Fran?i?i fis-snin 30 tas-seklu 14. Matul dak i?-?mien, sar iħobb bint mi??ew?a tar-re, li ispirat lil "Fiammetta" f'ħafna mir-rumanzi fi pro?a ta' Boccaccio, inklu? Il Filocolo (1338). Boccaccio sar ħbieb ma' Niccolo Acciaioli minn Firenze, u bbenefika mill-influwenza tiegħu bħala l-amministratur, u x'aktarx il-maħbub, ta' Katerina ta' Valois-Courtenay, l-armla ta' Filippu I ta' Taranto . Acciaioli iktar 'il quddiem sar konsulent tar-Re?ina Joanna I ta' Napli u, eventwalment, il- Grand Seneschal tagħha.

Milli jidher Boccaccio iktar kien għall-qalbu jistudja d-dritt milli l-qasam bankarju, i?da l-istudji tiegħu tawh l-opportunita jistudja b'mod wiesa' u jagħmel kuntatti tajbin ma' studju?i oħra. L-influwenzi bikrin tiegħu kienu jinkludu lil Paolo da Perugia ( kuratur u awtur ta' kollezzjoni ta' ħrejjef imsejħa Collectiones ), lill-umanisti Barbato da Sulmona u Giovanni Barrili , u lit-teologu Dionigi di Borgo San Sepolcro .

Ħajja adulta [ immodifika | immodifika s-sors ]

F'Napli, Boccaccio beda dik li hu tassew kien jikkunsidra li kienet il-vokazzjoni reali tiegħu, il- poe?ija . F'dak il-perjodu huwa ħejja Il Filostrato u Teseida (is-sorsi li wasslu għal Troilus and Criseyde u The Knight's Tale ta' Chaucer), Il Filocolo (ver?joni fi pro?a ta' rumanz li kien je?isti bil-Fran?i?), u La caccia di Diana (poe?ija bit- terza rima li telenka n-nisa Naplitani). F'dak il-perjodu wkoll kien hemm innovazzjoni formali konsiderevoli, inklu? x'aktarx l-introduzzjoni tal-ottava ta' Sqallija , li influwenzat lil Petrarca. [8]

Statwa ta' Boccaccio tal-1845 magħmula minn Fantacchiotti fuq barra tal-Uffizi.

Boccaccio re?a' lura Firenze fil-bidu tal-1341, u evita l- pesta tal-1340 li kien hemm f'dik il-belt, i?da tilef ukoll i?-?jara ta' Petrarca f'Napli fl-1341. Huwa telaq minn Napli minħabba t-tensjonijiet bejn ir-re tal-An?ojini u Firenze. Missieru kien mar lura Firenze fl-1338, fejn falla għalkollox. Ommu x'aktarx li mietet ftit wara. Boccaccio kompla jaħdem, għalkemm ma kienx kuntent bir-ritorn tiegħu f'Firenze, u ħejja l- Comedia delle ninfe fiorentine fl-1341 (magħrufa wkoll bħala Ameto ), taħlita ta' pro?a u poe?iji, u temm il-poe?ija allegorika b'ħamsin canto msejħa Amorosa visione fl-1342, u Fiammetta fl-1343. Ix-xogħol pastorali Ninfale fiesolano x'aktarx li jmur lura għal dan i?-?mien ukoll. Fl-1343, missier Boccaccio re?a' ??ewwe? lil Bice del Bostichi. It-tfal l-oħra li kellu mi?-?wie? ta' qabel kollha kienu mietu, i?da kellu iben ieħor fl-1344 imsejjaħ Iacopo. [9]

F'Firenze, il-waqgħa ta' Walter ta' Brienne wasslet għall-gvern tal- popolo minuto ("poplu ta?-?għar", ji?ifieri l-ħaddiema). Dan naqqas l-influwenza tan-nobbilta u tal-klassijiet tal-merkanti għonja, u għen biex Firenze taqbad it-triq tad-deklin. Il-belt kompliet tmur għall-agħar fl-1348 bil-pesta s-sewda, li qatlet kwa?i tliet kwarti tal-popolazzjoni tal-belt, li iktar 'il quddiem ?iet irrappre?entata fid- Decameron .

Fl-1347, Boccaccio qatta' ħafna ?mien f' Ravenna biex isib kummissjonar ?did, u minkejja l-istqarrijiet tiegħu, ma hemmx ?ertezza jekk kienx f'Firenze meta kien hemm il-pesta. Ommu tar-rispett mietet matul l-epidemija u missieru kien asso?jat mill-qrib mal-isforzi tal-gvern biex jitwasslu l-provvisti fil-belt. Missieru miet fl-1349 u Boccaccio kellu jieħu rwol iktar attiv bħala l-kap tal-familja.

Boccaccio beda jaħdem fuq id- Decameron għall-ħabta tal-1349. X'aktarx li l-istrutturi ta' ħafna mill-?rajjiet imorru lura għal perjodu iktar bikri tal-karriera tiegħu, i?da l-għa?la ta' mitt ?rajja u l-?rajja ewlenija tal- lieta brigata ta' tliet ir?iel u seba' nisa tmur lura għal dak i?-?mien. Ix-xogħol kien kwa?i lest fl-1352. Dan kien l-aħħar sforz letterarju ta' Boccaccio u wieħed mill-aħħar xogħlijiet tiegħu bit-Toskan vernakolari; l-uniku xogħol sostanzjali ieħor kien Corbaccio (li ?ie datat li sar fl-1355 jew fl-1365). Boccaccio rreveda u re?a' kiteb id- Decameron fl-1370-1371. Dan il-manuskritt wasal sa ?minijietna qawwi u sħiħ. [10] [11]

Boccaccio u oħrajn jaħarbu mill-pesta; illustrazzjoni ta' edizzjoni bil- Fran?i? tad- Decameron (għall-ħabta tal-1485).

Mill-1350, Boccaccio sar involut iktar mill-qrib fl-umani?mu Taljan (għalkemm inqas bħala studju?) kif ukoll fil-gvern ta' Firenze. L-ewwel missjoni uffi?jali tiegħu kienet lejn ir-Romagna fl-aħħar tal-1350. Huwa re?a' ?ar il-belt-stat darbtejn u ntbagħat ukoll lejn Brandenburg, Milan u Avignon . Huwa ħabrek ukoll għall-istudju tal-Griek, ospita lil Barlaam ta' Calabria, u ħe??e? it-traduzzjoni tax-xogħlijiet ta' Omeru , Ewripide u Aristotli . Matul dawn is-snin, huwa ħa wkoll xi ordni sagri minuri. [12]

F'Ottubru 1350, huwa ?ie delegat biex jilqa' lil Francesco Petrarca mal-wasla tiegħu f'Firenze u anke biex jospita lil Petrarca f'daru matul is-so??orn tiegħu. Il-laqgħa bejniethom it-tnejn tat il- frott u minn hemm 'il quddiem saru ħbieb, u Boccaccio beda jsejjaħ lil Petrarca bħala l- għalliem u l- magister tiegħu. Petrarca dak i?-?mien ħe??e? lil Boccaccio jistudja l-letteratura klassika Griega u Latina. Fl-1351 re?għu ltaqgħu f' Padova , waqt li Boccaccio kien fuq missjoni uffi?jali biex jistieden lil Petrarca jgħallem fl-Universita ta' Firenze. Għalkemm Boccaccio ma rnexxilux, id-diskussjonijiet bejniethom kienu strumentali għal Boccaccio biex jikteb il- Genealogia deorum gentilium ; l-ewwel edizzjoni tlestiet fl-1360 u din baqgħet waħda mix-xogħlijiet ewlenin ta' referenza dwar il- mitolo?ija klassika għal iktar minn 400 sena. Serviet bħala difi?a esti?a tal-istudji tal-letteratura u tal-ħsieb tal-qedem. Minkejja t-twemmin pagan fil-qalba tax-xogħol tiegħu, Boccaccio kien jemmen li wieħed seta' jitgħallem ħafna mill-antikita. Għalhekk, huwa sfida l-argumenti ta' intellettwali tal-kleru li riedu jillimitaw l-a??ess għas-sorsi klassi?i biex jipprevjenu kwalunkwe dannu morali għall-qarrejja Kristjani . It-tqanqil mill-?did tal-antikita klassika sar pedament tar-Rinaxximent, u d-difi?a tal-importanza tal-letteratura antika kienet rekwi?it essenzjali għall-i?vilupp tagħha. Id-diskussjonijiet ifformalizzaw ukoll l-ideat poeti?i ta' Boccaccio. ?erti sorsi jsostnu wkoll li Petrarca kkonverta lil Boccaccio minn umanist b'moħħu miftuħ bħalma naraw fid- Decameron għal stil iktar axxetiku, eqreb tal- ethos dominanti tas-seklu 14. Pere?empju, huwa segwa lil Petrarca (u lil Dante) fit-tħaddin bla su??ess ta' forma arkajka u ferm allusiva tal-poe?ija Latina. Fl-1359, wara laqgħa mal-Papa Inno?enti VI u iktar laqgħat ma' Petrarca, x'aktarx li Boccaccio rabba xi tip ta' qoxra reli?ju?a . Hemm rakkont persistenti (i?da mingħajr evidenza) li huwa rrepudja x-xogħlijiet bikrin tiegħu bħala profani fl-1362, inklu? id- Decameron . [13]

Fl-1360, Boccaccio beda jaħdem fuq id- De mulieribus claris , ktieb bil-bijografiji ta' 106 mara famu?a, u lestih fl-1374.

Għadd ta' ħbieb u qrabat oħra ta' Boccaccio ?ew ?ustizzjati jew e?iljati ftit wara l-kolp ta' stat tal-1361 li ma rnexxiex. Dik is-sena Boccaccio telaq minn Firenze u beda jirresjedi f'Certaldo, għalkemm ma kienx direttament marbut mal-konfoffa, u hemmhekk sar inqas involut fl-affarijiet tal-gvern. Huwa ma wettaqx iktar missjonijiet għal Firenze sal-1365, u vvja??a lejn Napli u mbagħad lejn Padova u Venezja , fejn iltaqa' ma' Petrarca fil-Palazzo Molina, ir-residenza ta' Petrarca kif ukoll il-post fejn Petrarca kellu l-librerija tiegħu. Iktar 'il quddiem Boccaccio re?a' lura f'Certaldo. Huwa ltaqa' ma' Petrarca darba biss f'Padova fl-1368. Malli sema' bil- mewt ta' Petrarca fid-19 ta' Lulju 1374, Boccaccio kiteb poe?ija kommemorattiva, u inkludiha fil-kollezzjoni tiegħu ta' poe?iji liri?i magħrufa bħala r- Rime .

Circes : illustrazzjoni ta' waħda min-nisa tal-bijografiji tal-1374 ta' 106 mara famu?a, id- De Claris Mulieribus , ta' Boccaccio ? minn traduzzjoni bil- ?ermani? tal-1541.

Huwa re?a' beda jaħdem għall-gvern ta' Firenze fl-1365, u wettaq missjoni għand il- Papa Urban V . Il-Papat re?a' lura lejn Ruma minn Avignon fl-1367, u Boccaccio re?a' ntbagħat għand il-Papa Urban biex jifraħlu. Huwa wettaq ukoll missjonijiet diplomati?i lejn Venezja u lejn Napli.

Mix-xogħlijiet tiegħu li wettaq iktar 'il quddiem, il-bijografiji moralisti?i mi?bura fid- De casibus virorum illustrium (1355-1374) u fid- De mulieribus claris (1361-1375) kienu l-iktar sinifikanti. [14] Xogħlijiet oħra jinkludu dizzjunarju ta' allu?jonijiet ?eografi?i fil-letteratura klassika, De montibus, silvis, fontibus, lacubus, fluminibus, stagnis seu paludibus, et de nominibus maris liber . Huwa ta sensiela ta' lek?ers dwar Dante fil-Knisja ta' San Stiefnu fl-1373 u dawn irri?ultaw fix-xogħol finali tiegħu, l- Esposizioni sopra la Commedia di Dante . [15] Boccaccio u Petrarca kienu wkoll tnejn mill-i?jed nies edukati fil-qasam tal- arkeolo?ija fir-Rinaxximent Bikri. [16]

Il-bidla ta' Boccaccio fl-istil tal-kitba tiegħu fis-snin 50 tas-seklu 14 kienet parzjalment dovuta għal laqgħa tiegħu ma' Petrarca, i?da l-iktar minħabba li s-saħħa fi?ika tiegħu bdiet tmur lura u tiddgħajjef qabel i?-?mien. Kienet dovuta wkoll minħabba li kemm-il darba baqa' ddi?appuntat fl-istejjer ta' mħabba tiegħu. Dan x'aktarx li jispjega għaliex Boccaccio f'daqqa waħda qabad jikteb bl-istil ta' Corbaccio , wara li qabel kien kiteb l-iktar kliem ta' tfaħħir fir-rigward tan-nisa u tal-imħabba, minkejja li elementi ta' miso?enija huma pre?enti f' Il Teseida . Petrarca jiddeskrivi kif Pietro Petrone (patri Karte?jan) fis-sodda tal-mewt tiegħu fl-1362 bagħat patri Karte?jan ieħor, Gioacchino Ciani, biex iħe??u jieqaf mill-istudji dinjin tiegħu. Petrarca mbagħad ipperswada lil Boccaccio milli jaħraq ix-xogħlijiet tiegħu stess u jbigħ il-librerija personali, l-ittri, il-kotba u l-manuskritti tiegħu. Petrarca saħansitra offra li jixtri l-librerija ta' Boccaccio, biex issir parti mil-librerija ta' Petrarca. Madankollu, mal-mewt ta' Boccaccio, il-kollezzjoni kollha tiegħu ngħatat lill-Monasteru tal- Ispirtu s-Santu , f'Firenze, u għadha hemm sa llum.

Fl-aħħar snin tiegħu, Boccaccio kien marid ħafna, spiss minħabba obe?ita, idropisija, u edema gravi li llum il-?urnata ti?i deskritta bħala attakk tal- qalb minħabba kon?estjoni kardijaka. Huwa miet fil-21 ta' Di?embru 1375 f'Certaldo, fejn huwa midfun.

Xogħlijiet [ immodifika | immodifika s-sors ]

Genealogia deorum gentilium , 1532
Lista alfabetika ta' għa?la ta' xogħlijiet
  • Amorosa visione (1342);
  • Buccolicum carmen (1367-1369);
  • Caccia di Diana (1334-1337);
  • Comedia delle ninfe fiorentine ( Ninfale d'Ameto , 1341-1342);
  • Corbaccio (għall-ħabta tal-1365, din id-data ti?i ddubitata minn xi stori?i);
  • De Canaria (fl-1341-1345);
  • De Casibus Virorum Illustrium (għall-ħabta tal-1360). Kopja tal-edizzjoni ta' Pari?i tal-1620, 1962, Scholars' Facsimiles & Reprints, ISBN 978-0-8201-1005-9;
  • De mulieribus claris (1361, b'revi?joni sal-1375);
  • The Decameron (1349?52, b'revi?joni fl-1370-1371);
  • Elegia di Madonna Fiammetta (1343-1344);
  • Esposizioni sopra la Comedia di Dante (1373-1374);
  • Filocolo (1336-1339);
  • Filostrato (1335 jew 1340);
  • Genealogia deorum gentilium libri (1360, b'revi?joni sal-1374);
  • Ninfale fiesolano (fl-1344-1346, għalkemm din id-data ti?i ddubitata minn xi stori?i);
  • Rime (tlestija fl-1374);
  • Teseida delle nozze di Emilia (qabel l-1341);
  • Trattatello in laude di Dante (1357, it-titlu ?ie revedut għal De origine vita studiis et moribus viri clarissimi Dantis Aligerii florentini poetae illustris et de operibus compositis ab eodem );
  • Zibaldone Magliabechiano (fl-1351-1356).

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

  1. ^ Farrell, Thomas (2003). "Source or Hard Analogue? "Decameron X, 10" and the "Clerk's Tale"". The Chaucer Review . 37 (4): 346?364.
  2. ^ Italy's three crowns : reading Dante, Petrarch and Boccaccio . Zygmunt G. Bara?ski, M. L. McLaughlin. Oxford: Bodleian Library. 2007. ISBN 978-1-85124-301-3 .
  3. ^ Giovanni Boccaccio; Mariangela Causa-Steindler; Thomas Mauch. The elegy of Lady Fiammetta . p. XI.
  4. ^ James Patrick. Renaissance and Reformation .
  5. ^ Bartlett, Kenneth R. (1992). "Florence in the Renaissance". The Civilization of the Italian Renaissance: A Sourcebook . Lexington, Mass.: D.C. Heath. ISBN 0-669-20900-7 . p. 43.
  6. ^ Allen, Prudence (1997). The Concept of Woman . Wm. B. Eerdmans Publishing. ISBN 978-0-8028-3346-4 .
  7. ^ New Standard Encyclopedia , 1992. "Boccaccio, Giovanni"; Volume B, p. 316. Chicago: Standard Educational Corporation.
  8. ^ "Decameron Web | The Project" . www.brown.edu . Mi?bur 2022-12-24 .
  9. ^ Boccaccio, Giovanni (2003-11-01). La Fiammetta . Tradott minn Brogan, James C.
  10. ^ Boccaccio, Giovanni (2003). The Decameron, Volume I . Tradott minn Rigg, J. M. (James Macmullen).
  11. ^ Boccaccio, Giovanni (2004). The Decameron, Volume II . Tradott minn Rigg, J. M. (James Macmullen).
  12. ^ "Boccaccio, Giovanni" . web.archive.org . 2013-06-25. Arkivjat minn l-ori?inal fl-2013-06-25 . Mi?bur 2022-12-24 .
  13. ^ King, Margaret L. "The Renaissance in Europe". Laurence King Publishing, 2003, p. 54.
  14. ^ Rea, Anza Lone and. Giovanni Boccaccio Opera Omnia .
  15. ^ "IntraText Digital Library: Author Card: Giovanni Boccaccio" . www.intratext.com . Mi?bur 2022-12-24 .
  16. ^ Coulter, Cornelia C. (1937). "Boccaccio's Archaeological Knowledge". American Journal of Archaeology . 41 (3): 397?405.