William Shakespeare
(
Stratford-upon-Avon
, 26 ta' April 1564 - Stratford-upon-Avon, 23 ta' April 1616) kien poeta u drammaturgu Ingli?, meqjus bħala l-aqwa kittieb fl-ilsien Ingli? u l-aqwa drammaturgu tad-dinja. Ħafna jsejħulu wkoll il-poeta nazzjonali tal-
Ingilterra
u l-"Bard of Avon". Ix-xogħlijiet li wasslulna tiegħu jinkludu 38 dramm, 154 sunett, ?ew? poe?iji narrattivi twal, u ħafna poe?iji. Id-drammi tiegħu nqalbu fl-ilsna ewlenin kollha tad-dinja u jsiru rappre?entazzjonijiet tagħhom iktar minn ta' kull drammaturgu ieħor fid-dinja.
Ta' 18-il sena, i??ewwe? lil Anne Hathaway, li minnha kellu tliet ulied: Susanna, u t-tewmin Hamnet u Judith. Bejn l-1585 u l-1592, beda karriera mimlija su??essi f'Londra bħala attur, kittieb u propjetarju bi sħab ta' kumpanija drammatika bl-isem
The Lord Chamberlain's Men
, iktar tard imsejħa
the King's Men
. Irtira fi Stratford xi tliet snin qabel ma miet. Billi ftit li xejn je?isti tagħrif storiku fuq il-ħajja privata tiegħu, tul i?-?mien ħafna spekulaw fuq id-dehra fi?ika tiegħu, is-sesswalita tiegħu, it-twemmin reli?ju? tiegħu, u jekk hux tassew il-kitbiet tiegħu kitibhomx hu jew oħrajn.
Shakespeare kiteb ħafna mix-xogħlijiet tiegħu bejn l-1589 u l-1613. Id-drammi tiegħu tal-bidu kienu kummiedji u drammi stori?i, ?eneri li hu għolla għal livell artistiku għoli lejn l-aħħar tas-seklu sittax. Imbagħad sal-1608 kiteb l-aktar tra?edji, fosthom
Hamlet
,
King Lear
,
Othello
, u
Macbeth
, meqjusin fost l-aqwa xogħlijiet fil-letteratura Ingli?a. Fl-aħħar fa?i tiegħu, kiteb l-aktar tra?ikummiedji, magħrufin l-aktar bħala
romanzi
, u ħadem ma' drammaturgi oħra.
Ħafna mid-drammi tiegħu ?ew ippubblikati f'ħajtu. Fl-1623, tnejn milli kienu jaħdmu miegħu ippubblikaw il-
First Folio
, antolo?ija tad-drammi kollha tiegħu ħlief tnejn.
Shakespeare kien poeta u drammaturgu stmat f'ħajtu, imma l-fama kbira li għandu llum ma bediex igawdiha qabel is-seklu 19. Ir-
Romanti?i
faħħru l-?enjalita tiegħu u l-
Vittorjani
tant kienu jadurawh li
George Bernard Shaw
sejħilha
bardolatry
. Fis-seklu 20, xogħlijiet ?ew riskoperti minn movimenti ?odda. Id-drammi tiegħu għadhom popolari ħafna fi ?mienna u kontinwament ji?u studjati, esegwiti, u ri-interpretati f'kuntesti kulturali u politi?i diversi madwar id-dinja.
- Kollox tajjeb li jispi??a tajjeb (All's Well That Ends Well)
- Hekk Kif Jogħ?bok (As You Like It)
- Il-Kummiedja tal-I?balji (The Comedy of Errors)
- Mitlufa l-Piena tal-Imħabba (Love's Labour's Lost)
- Qies għal Qies (Measure for Measure)
- Il-Merkant ta’ Venezja
(The Merchant of Venice)
- In-Nisa Ferħanin ta' Windsor (The Merry Wives of Windsor)
- Ħolma ta’ Lejla Sajfija
(A Midsummer Night's Dream)
- Ħafna Storbju fuq Xejn (Much Ado About Nothing)
- Perikle, Prin?ep ta' Tiru
- L-Imqarba Mmansata (The Taming of the Shrew)
- It-Tempesta
(The Tempest)
- It-Tnax-il Lejl (Twelfth Night)
- I?-?ew? ?entlomi ta'
Verona
(The Two Gentlemen of Verona)
- I?-?ew? Qraba Nobbli (The Two Noble Kinsmen)
- Ħrafa tax-Xitwa (The Winter's Tale)
- Ir-Re ?wanni
- Rikardu II
- Enriku IV, Parti 1
- Enriku IV, Parti 2
- Enriku V
- Enriku VI, Parti 1
- Enriku VI, Parti 2
- Enriku VI, Parti 3
- Rikardu III
- Enriku VIII
- Romeo u ?uljetta
(Romeo and Juliet)
- Korjolanu (Coriolanus)
- Titu Androniku (Titus Andronicus)
- Timon ta' Ateni (Timon of Athens)
- ?ulju ?esri (Julius Caesar)
- Macbeth
- Hamlet
- Trojlu u Kressida (Troilus and Cressida)
- Ir-Re Lear (King Lear)
- Otello (Othello)
- Antonju u Kleopatra (Antony and Cleopatra)
- ?imbelinu (Cymbeline)
Alfred Palma qaleb għall-Malti ħafna drammi ta' Shakespeare: 1994: Romeo u ?uljetta; 1995: Il-Merkant ta’ Venezja; 1996: L-Imqarba Mmansata; 1996: Ħolma ta’ Lejla Sajfija; 1996: It-Tempesta; 1996: Il-Kummiedja tal-I?balji; 1996: It-Tnax-il Lejl; 1996: Macbeth; 1997: Hekk Kif Jogħ?bok; 1997: Hamlet; 1997: ?ulju ?esri.