한국   대만   중국   일본 
Tuberkulo?i - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

Tuberkulo?i

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa

It- tuberkulo?i (magħrufa u mqassra bħala TB ) hija marda ikkaw?ata minn infezzjoni tal- batterju Mycobacterium tuberculosis , li komunement taffettwa l- pulmun i?da tista' wkoll taffettwa s- sistema nervu?a ?entrali ( menin?ite ), is- sistema limfatika , is- sistema ?irkulatorja , is- sistema ?enito-urinarja , l- għadam u l- ?ogi .

It-tuberkulo?i hija waħda mill-iktar mardiet infettivi komuni u qattiela li nsibu llum il-?urnata u tinfetta madwar ?ew? biljun ruħ, jew terz ( WHO TB ) tal-popolazzjoni tad-dinja. Kull sena, jkun hawn madwar 9 miljun ka? ?did li jirri?ultaw fil-mewt ta' kwa?i ?ew? miljun ruħ (ħafna minnhom f' pajji?i li qed ji?viluppaw ). Pero, pajji?i ?viluppati m'humiex e?enti mill-pi? ta' dil-marda. Hemm numru dejjem jikber ta' nies fil-pajji?i ?viluppati li jinħakmu minn dil-marda minħabba li jkollhom is- sistema immunitarja kompromessa , tipikament minħabba drogi immunosopressivi jew HIV/AIDS . Dawn huma l-iktar nies f'riskju li jkunu infettati u jimirdu bit-TB.

Daqs 90% ta' dawk infettati għandhom infezzjoni latitanti asimptomatika (LTBI; latent TB infection ). Hemm ?ans ta' 10% li l-LTBI tipprogressa lejn TB li, jekk ma ti?ix ikkurata, toqtol iktar minn 50% ta' dawk infettati. It-TB hija waħda mit-tliet mardiet infettivi l-aktar qerrieda fid-dijna: it-TB toqtol ma?-2 miljun ruħ u l- malarja toqtol madwar miljun ruħ.

In-nuqqas ta' programmi ta' kontroll tat-TB, HIV/AIDS u immigrazzjoni ikkaw?aw qawmien tat-tuberkulo?i. Qed ikun hawn ħafna varjanti tal-batterju tat-TB li huma re?istenti għall-bosta medi?ini (MDTB; Multiple drug resistant strains of TB ) u (XDR-TB; Extreme Drug-Resistance in Tuberculosis ). Fl-1993, il- World Health Organization iddikjarat it-TB bħala emer?enza globali għas-saħħa u l-i Stop TB Partnership ipproponiet Pjan Globali biex Titwaqqaf it-Tuberkulo?i li huwa mmirat sabiex isalva 14-il miljun ruħ bejn l-2006 u l-2015.