한국   대만   중국   일본 
Plotinu - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

Plotinu

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Plotinu (c.204/5?270 WK)

Plotinu ( Grieg : Πλωτ?νο?) (ca. 204/5?270 WK) kien filosfu ewlieni tal-qedem. Fis-sistema teoretika tiegħu hemm tliet prin?ipji: il-Wieħed, l-Intellett, u r-Ruħ. [1] L-għalliem tiegħu kien Ammonju Sakka u kien parti mit-tradizzjoni Platonika. [2] Stori?i tas-seklu 19 ivvintaw it-terminu Neoplatoni?mu u applikawh għalih u għall-filosofija tiegħu, li kienet influwenti fl- Antikwita tal-Aħħar . Ħafna mill-informazzjoni bijografika dwar Plotinu ?ejja mid-daħla ta' Porfirju għall-edizzjoni tiegħu tal- Enneadi ta' Plotinu. Il-kitbiet metafi?i?i tiegħu ispiraw sekli sħaħ ta' metafi?i?i u misti?i Pagani , Insara , Lhud , Islami?i u Njosti?i .

Bijografija [ immodifika | immodifika s-sors ]

Porfirju , dixxiplu ta' Plotinu

Porfirju jikteb li Plotinu kellu 66 sena meta miet fis-sena 270, it-tieni sena tar-renju tal-imperatur Klawdju II , li jindika li s-sena tat-twelid tiegħu kienet il-205 WK. Ewnapju jikteb li Plotinu twieled f'Likopoli (Lycopolis), fl-E?ittu elenizzat [3] "Plotinu". Lyco bil-Grieg tfisser "lupu". L-istess għerq intu?a għal-Li?ew (Lukos / Λ?κο?) ta' Aristotli fl- E?ittu - l-inħawi tal-lupu. [4]

Bħal Platonisti oħrajn, Plotinu kellu sfidu?ja intrinsika fil-materjali?mu, u kien jemmen li l- fenomena huma kopja, jew mimika ( mimesi ) ta' xi ħa?a "ogħla u inteli?ibbli" [VI.I] li kienet "il-parti l-aktar veritiera tal- Kewn ?enwin". Din l-isfidu?ja estendiha għall-?isem, inklu? ?ismu stess; Porfirju jgħid li darba minnhom ma riedx li jitpin?a ritratt tiegħu, x'aktarx għall-istess ra?unijiet ta' disgust. Bl-istess mod Plotinu qatt ma ddiskuta l-antenati tiegħu, it-tfulija, jew il-post u d-data tat-twelid tiegħu. Skont il-kitbiet kollha dwaru, il-ħajja personali u so?jali tiegħu tixhed l-ogħla livelli morali u spiritwali.

Madwar is-sena 232, ta' 27 sena Plotinu vvja??a lejn Lixandra biex jistudja l-filosofija. Hemmhekk ma għo?bu ħadd mill-għalliema tiegħu, sakemm xi ħadd issu??erielu li jisma' l-ideat ta' Ammonju Sakka . Meta sema' l-lezzjonijiet ta' Ammonju, huwa qal lil ħabib tiegħu, "dan hu r-ra?el li kont qed infittex," u beda studju intensiv taħt l-għalliem ?did tiegħu. Minbarra Ammonju, Plotinu kien influwenzat ukoll mix-xogħlijiet ta' Alessandru ta' Afrodisja , Numenju , u diversi Stoj?i .

Spedizzjoni lejn il-Persja u r-ritorn Ruma [ immodifika | immodifika s-sors ]

Wara ħdax-il sena f'Lixandra, ta' madwar 38 sena, huwa dde?ieda li jivestiga l-filosofija ta' filosfi mill-Persja u mill-Indja . [5] F'tentattiv biex jikseb dan, huwa ħalla Lixandra u ngħaqad mal-armata ta' Gordjanu III meta din kienet qed tavvanza fuq il-Persja. Madankollu, il-kampanja militari kienet falliment, u mal-mewt ta' Gordjanu Plotinu sab ruħu mitluf f'art ostili, u irnexxielu jmur lura Antjokja biss b'diffikultajiet kbar.

Meta kellu 40 sena, waqt ir-renju ta' Filep l-Għarbi , huwa wasal Ruma , fejn baqa' kwa?i għall-kumplament ta' ħajtu. Hemmhekk ?ibed lejh diversi studenti. Dawk l-eqreb lejh kienu jinkludu lil Porfirju , lil Amelju ?entiljanu tat- Toscana , lis-Senatur Kastri?u Firmu u lil Ewstokju ta' Lixandra , tabib li ddedika ħajtu għat-tagħlim Plotinu u li baqa' jassistih sal-mewt.

Is-snin su??essivi [ immodifika | immodifika s-sors ]

Kemm dam Ruma, Plotina kiseb ukoll ir-rispett tal-Imperatur Galljenu u ta' martu Kornelja Salonina . F'punt minnhom Plotinu pprova jikkonvin?i lil Galljenu jer?a' jibni komunita' abbandunata f' Campania , magħrufa bħala 'Belt il-Filosfi', fejn l-abitanti setgħu jgħixu skont il-kostituzzjoni mfassla fil- Li?ijiet ta' Platun. Għal xi ra?uni mhux magħrufa minn Porfirju, din it-talba qatt ma ngħatat sussidju Imperjali.

Sussegwentement Porfirju mar jgħix Sqallija , u hemm sar jaf li l-eks għalliem tiegħu kien miet. Il-filosfu kien qatta' l-aħħar jiem tiegħu għalih waħdu, f'bi??a art ?ewwa Campania, imħallija lilu minn sieħbu Zethos. Skont ir-rakkont ta' Ewstokju, li assistih fl-aħħar mumenti tiegħu, l-aħħar kliem ta' Plotinu kien: "Stinkaw biex tagħtu d-Divin li jinsab fikom lura lid-Divin li jinsab f'Kollox." Ewstokju jikteb li daħal serp taħt is-sodda li fuqha kien jinsab Plotinu, u li malli dan tal-aħħar miet, i??er?aq 'il barra minn toqba fil-ħajt.

Plotinu ħalla diversi kitbiet li saru l- Enneadi , miktubin fuq medda ta' snin minn madwar is-sena 253 sa ftit xhur qabel ma miet, sbatax-il sena wara. Porfirju jinnota li l-Enneadi, qabel ma hu stess ikkompilahom u rran?ahom, kienu biss il-?abra enormi ta' noti u kitbiet li Plotinu kien ju?a fil-lezzjoni li jagħti u fid-dibattiti tiegħu. Plotinu kien isibha diffi?li jirrevedi xogħlu, minħabba l-vista batuta li kellu, i?da kitbietu kienu jitolbu editjar intensiv. Skont Porfirju, il-kitba ta' Plotinu kienet waħda atro?i; ma kienx jifred il-kliem kif suppost; u ma tantx kien jaqa' u jqum mir-regoli tal-ortografija. Plotinu kien jobgħod il-pro?ess editorjali, u ħalla din il-bi??a xogħol f'idejn Porfirju, li mhux biss irfina x-xogħol tal-għalliem tiegħu, i?da wkoll ?abru fl-arran?ament li għandha llum.

Tagħlim [ immodifika | immodifika s-sors ]

Il-Wieħed [ immodifika | immodifika s-sors ]

Ara wkoll: Teorija tas-Sustanza
Il-Wieħed huwa bħal sors ta' dawl li jinfirex fid-dlamijiet

Fost it-tagħlim ta' Plotinu hemm "il-Wieħed": suprem, kompletament tranxendenti, mingħajr ebda distinzjoni, multipli?ita jew distinzjoni; bl-istess mod, huwa lil hinn minn kull kategorija tal- kewn u l- baħħ . Il-kun?ett tal-"kewn" huwa derivat minna permezz tal-o??etti tal-esperjenza tal-bniedem, imsejħin dijade, u huwa attribut ta' tali o??etti, i?da l-Wieħed infinit u tranxendenti jmur lil hinn minn tali o??etti, u allura jmur lil hinn mill-kun?etti li nidderivaw minnhom. Il-Wieħed "ma jista' jkun ebda o??ett e?istenti", u l-anqas ma jista' jkun sempli?ement is-somma ta' tali o??etti, i?da ji?i "qabel kulma je?isti". Allura, ebda attribut ma jista' ji?i assenjat għall-Wieħed. Nistgħu biss nidentifikawh mat-Tajjeb u mal-prin?ipju tas-Sbuħija. [I.6.9]

Per e?empju, il- ħsieb ma jistax ikun attribwit mal-Wieħed għaliex jimpli distin?joni bejn ħassieb u l-o??ett tal-ħsieb (mill-?did, dijade). Anke l-intelli?enza awto-kontemplativa (in- noe?i tan- nous ) titlob dualita . "Ladarba tlissen 'It-Tajjeb,' i??id xejn iktar: ma' kull ?ieda, u proporzjonali ma' dik i?-?ieda, tkun qed iddaħħal defi?enza." [III.8.11] Plotinu ji?ħad li l-Wieħed huwa senzjenti, konxju minnu nnifsu, u li jwettaq azzjonijiet (ergon) [V.6.6]. Minflok, jekk wieħed jinsisti li jrid jiddeskrivi lill-Wieħed, allura jrid isejjaħlu dinami?mu pur, jew potenzjalita li mingħajra xejn ma jista' je?isti. [III.8.10] Plotinu jispjega li huwa impossibbli għall-wieħed li jkun Kewn jew Alla Ħallieq konxju minnu nnifsu. F'[V.6.4], Plotinu jqabbel lill-Wieħed mad-"Dawl", 'in- Nous Divin max-"Xemx" u fl-aħħar ir-Ruħ mal-"Qamar" li d-dawl tagħha hu biss "derivazjoni tad-dawl tax-Xemx". L-ewwel dawl jista' je?isti mingħajr il-b?onn tax-Xemx.

Il-Wieħed, li jmur lil hinn mill-attributi kollha, inklu? il-kewn jew in-nuqqas tiegħu, hu l-għajn tad-dinja - i?da mhux permezz ta' xi att ta' ħolqien, mixtieq jew le, għaliex il-Wieħed, li ma jinbidilx, ma jistax jingħata l-attribut tal-Attivita. Plotinu minflok jargumenta li l-multiplu ma jistax je?isti mingħajr is-sempli?i. Dak "inqas perfett" irid bilfors joħro? minn dak li hu "perfett" jew "iktar perfett". Allura, il-"ħolqien" kollu joħro? mill-Wieħed fi stadji su??essivi ta' inqas u inqas perfezzjoni. Dan l-istadji m'humhiex i?olati temporalment, i?da jseħħu mal-medda ta?-?mien bħala pro?ess kostanti. Plotinu hawnhekk jirri?olvi l-kwistjoni bejn l-ontolo?ija ta' Platun u l- Actus et potentia (att u potenzjal) ta' Aristotli. Il-kwistjoni kienet li Aristotli, billi rri?olva argument ta' Parmenide - (l- Argument tat-Tielet Ra?el ) - kontra l-ontolo?ija u t-teorija tal-forom ta' Platun, ħoloq skola oħra ta' ħsieb filosofiku. Hawnhekk Plotinu jirrikon?ilja "it-Tajjeb fuq id- Demiurgu " mit- Timew ta' Platun mal- mexxej mhux immexxi tal-Actus et potentia ta' Aristotli. Plotinu jagħmel dan billi jagħmel il-potenzjal, jew il-qawwa, il-Wieħed u d-demiurgu, jew id-diade, il-komponent tal-azzjoni jew tal-ener?ija fl- ontolo?ija konjitiva filosofika. Filosfi Neoplatoni?i li ?ew iktar tard, spe?jalment Jambliku , ?iedu mijiet ta' essri intermedji bħala ħar?iet bejn il-Wieħed u l-Bniedem' i?da s-sistema ta' Plotinu hi ħafna iktar sempli?i.

Il-Wieħed m'huwiex biss kun?ett intellettwali, i?da xi ħa?a li tista' ti?i esperjenzata, esperjenza fejn wieħed imur lil hinn minn kull multipli?ita. [6] Plotinu jikteb, "Imissna l-aqqas biss ngħidu li ħa jara , i?da li ser ikun dak li jara , jekk tassew jibqa' possibbli li wieħed jiddistingwi bejn dak li jara u l- muri , mingħajr ma wieħed isostni bla bi?għa li t-tnejn huma, filfatt, wieħed." [7]

Emanazzjoni mill-Wieħed [ immodifika | immodifika s-sors ]

Plotinu joffri alternattiva għall-kun?ett Kristjan Ortodoss tal-ħolqien ex nihilo (mix-xejn), liema kun?ett jattribwixxi lil Alla d-deliberazzjoni tal- menti (moħħ) u l-azzjoni tar-rieda, għalkemm Plotinu qatt jsemmi 'l-Kristjane?mu fix-xogħlijiet tiegħu. L-emanazzjoni ex deo (minn Alla) tikkonferma t-tranxendenza assoluta tal-Wieħed, u allura tagħmel l-i?vol?iment tal-kosmos sempli?ement konsegwenza tal-e?istenza t'Alla; il-Wieħed bl-ebda mod ma ji?i affetwat jew imnaqqas b'dawn l-emanazzjonijiet. Plotinu ju?a l-analo?ija tax- Xemx li tarmi d-dawl mingħajr diskriminazzjoni mingħajr ma tnaqqas lilha nfisha, jew ta' rifless f'mera li b'ebda mod ma tnaqqas jew b'xi mod tibdel l-o??ett rifless.?

L-ewwel emanazzjoni hija n- Nous (il-Monti jew Moħħ divin, logos jew ordni, Ħsieb, Ra?uni), identifikata metaforikament mad- Demiurgu fit- Timew ta' Platun . Hija l-ewwel Rieda lejn it-Tajjeb. Min- Nous joħro? l- Anima Mundi , jew l-ispirtu, tad-dinja, li Plotinu jaqsam fi tnejn, l-għoli u l-baxx, filwaqt li jidentifika l-aspett baxx tar-Ruħ man- Natura . Mill-Anima Mundi toħro? ir-ruħ individwali, u finalment il-materja, fl-aktar livell baxx fil-katina tal- kewn , u allura l-inqas livell perfett fil-kosmos.

Plotinu sostna li n-natura essenzjali tal-ħolqien hi waħda divina, għaliex fl-aħħar mill-aħħar din ħier?a mill-Wieħed, permezz tan-nous u l-Anima Mundi. Huwa permezz tat-Tajjeb u tas-Sbuħija li nagħrfu lill-Wieħed, l-ewwel f'affarijiet materjali u mbagħad fil- Forom . [8]

In-natura essenzjalment devozzjonali tal-filosofija ta' Plotinu toħro? ukoll mill-kun?ett tiegħu ta' henosis - il-kisba t'unjoni f'estasi mal-Wieħed. Porfirju jirrakkonta li Plotinu kiseb dan it-twaħħid erba' darbiet kemm dam jafu. Dan jista' jitqabbel mal-kun?etti tal- illumini?mu , il-ħelsien, u kun?etti oħra t' unjoni mistika komuni f'ħafna tradizzjonijiet kemm tal-Lvant u tal-Punent.

Il-Bniedem Veru u l-Hena [ immodifika | immodifika s-sors ]

L-hena awtentika tal-bniedem għal Plotinu tikkonsisti f'li dan jidentifika ruħu ma' dak li hu l-aqwa fl-univers. Minħabba li l-hena tmur lil hinn minn dak kollu li hu materjali, Plotinu jisħaq li r-rikkezzi tad-dinja ma jikkontrollawx l-hena vera tal-bniedem. (Enneadi I.4.4) L-argument ta' Plotinu dwar l-hena hu wieħed mill-akbar influwenzi tiegħu fuq il-ħsieb tal-Punent; dan għaliex kien wieħed minn tal-ewwel li daħħal l-idea li l- eudaimonia (l-hena) tintlaħaq biss bil-kuxjenza.

Il-bniedem veru huwa kapa?ita kontemplattiva mhux korporja tar-ruħ, superjuri għal dak kollu li hu korporju. Jirri?ulta, allura, li l-hena vera tal-bniedem hija indipendendi mid-dinja fi?ika. L-hena vera hi, minflok, dipendenti fuq il-bniedem metafi?iku u awtentiku li jinsab fl-għola kapa?ita tar-Ra?uni. "Għaliex il-bniedem, spe?jalment dak Profi?jenti, m'huwiex i?-?wie? tar-Ruħ u l-?isem: prova ta' dan hi li l-bniedem jista' jinqata' mill-?isem u jiddisprezza t-tjubija apparenti tiegħu" (Enneadi I.4.14) Il-bniedem li kiseb l-hena ma jiddejjaqx mill-mard, mill-iskumdita, e??., għaliex l-attenzjoni tiegħu hu fuq l-aqwa u l-akbar affarijiet. L-hena awtentika tal-bniedem hi l-u?u ta' dik il-kapa?ita l-aktar awtentika tal-bniedem: il-kontemplazzjoni. Anke fl-aktar affarijiet ta' kuljum, f'dawk l-azzjonijiet fi?i?i l-aktar mundani, l-istagħnar tal-att tal-bniedem "... huwa determinat mill-fa?i l-aktar għolja tar-Ruħ". (Enneadi III.4.6) Anke fl-aktar argumenti drammati?i li Plotinu jikkunsidra (e?empju meta wieħed ikun jgħaddi minn tortura estrema), huwa jikkonkludi li dan isaħħaħ l-argument tiegħu li l-hena vera hija metafi?ika, għaliex il-bniedem li huwa tassew ħieni jifhem li dak li qed ji?i ttorturat huwa biss ?isem, mhux l-istess individwu konxju, u li allura l-hena tippersisti.

Plotinu joffri deskrizzjoni sħiħa tal-kun?ett tiegħu ta' persuna li laħqet eudaimonia. "Il-ħajja perfetta"? tinvolvi persuna b'kontroll fuq ir-ra?uni u l-kontemplazzjoni. (Enneadi I.4.4) Il-bniedem ħieni ma jitbandalx bejn l-hena u d-dwejjaq, kif ħafna kontemporanji ta' Plotinu kienu jemmnu. L-Istoj?i, per e?empju, kienu jiddubitaw l-abilta ta' xi ħadd li jkun ħieni (jekk wieħed jassumi li l-hena hi l-kontemplazzjoni) jekk dan ikun mentalment inkapa?itat jew anke rieqed. Plotinu ji?ħad dan, għaliex għalih ir-ruħ u l-bniedem veru ma jorqdux mhux marbutin bil-ħin jew bi?-?mien; l-anqas ma l-bniedem ħaj li laħaq eudaimonia m'hu sejjer, f'daqqa waħda, jieqaf ju?a l-kapa?itajiet l-aktar awtenti?i tiegħu sempli?iment minħabba skumdita fil-lat fi?iku tiegħu. "...Ir-rieda tal-Profi?jenti hi magħmula dejjem, u biss, ?ewwiena." (Enneadi I.4.11)

B'mod ?enerali, l-hena għal Plotinu hi "... ħarba mill-mogħdijiet u l-affarijiet ta' did-dinja" u l-attenzjoni fuq l-għola, ji?ifieri l-Forom u l-Wieħed.

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

  1. ^ http://www.abc.net.au/rn/philosopherszone/stories/2011/3237626.htm . Parametru mhux magħruf |title= injorat ( għajnuna ); |title= nieqes jew vojt ( għajnuna )
  2. ^ http://plato.stanford.edu/entries/plotinus/ . Parametru mhux magħruf |title= injorat ( għajnuna ); |title= nieqes jew vojt ( għajnuna )
  3. ^ Friggieri, Joe . In-Nis?a tal-Ħsieb , p.129. Malta Media Centre , 2000.
  4. ^ "Plotinus." The Columbia Electronic Encyclopedia, Sixth Edition. Columbia University Press , 2003.
  5. ^ Porfirju, Dwar il-Ħajja ta' Plotinu u l-Ordni tal-Kotba tiegħu , Kap. 3
  6. ^ Stace, W. T. (1960) The Teachings of the Mystics , New York, Signet, pp110-123
  7. ^ Stace, W. T. (1960) The Teachings of the Mystics , New York, Signet, p122
  8. ^ I.6.6 and I.6.9