한국   대만   중국   일본 
Peter Paul Ciantar - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

Peter Paul Ciantar

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa

Peter Paul Ciantar
Ħajja
Twelid 26 ?unju 1950 (73 sena)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni xandar
mu?i?ist

Peter Paul Ciantar (26 ta’ ?unju, 1950) huwa xandar, kompo?itur, mu?i?ist, għalliem tal-mu?ika u lettur Malti.

Peter Paul Ciantar A.Mus.L.C.M., hu minn Ħa?-?ebbu? i?da joqgħod ir-Rabat, Malta. Ciantar twieled nhar is-26 ta’ ?unju 1950 lil Karmenu u Marija nee Barbara. Hu mi??ewwe? lil Pauline nee Muscat u huwa missier ta’ ?ew? ulied: Gabriella (imwielda fl-1979) u Robert (imwieled fl-1982). [1]

Peter Paul Ciantar huwa xandar, kompo?itur/mu?i?ist u għalliem tal-mu?ika u lettur. [2] Ta’ 20 sena kiseb diploma fil-mu?ika (A.Mus.L.C.M.) mil- London College of Music f'Londra.

Huwa beda l-karriera tiegħu fix-xandir bi programmi għat-tfal fuq Rediffusion (Malta). Wara, daħal impjegat max-Xandir Nazzjonali fil-kariga ta’ produttur. F’din il-ħidma, huwa ppre?enta diversi programmi radjofoni?i li ffukaw prin?ipalment fuq l-istorja ta’ Malta, il-mu?ika serja, operistika u l-folklor. Huwa magħruf sewwa għall-pre?entazzjoni tal-programm mu?ikali ‘Siesta’ li dam snin twal jixxandar dirett kuljum fuq l-eks stazzjon tar-radju ‘Bronja’. [3]

Għal ħafna snin, Peter Paul Ciantar kien koordinatur tal-programmi radjofoni?i mal-P.B.S. ( Public Broadcasting Station ). Huwa attenda għal diversi korsijiet immexxijin minn uħud mix-xandara l-aktar magħrufin fid-dinja.

Minbarra xandar, Ciantar kien għal numru ta’ snin għalliem tal-mu?ika, lettur kif ukoll segretarju u PRO ta’ diversi kumitati, l-aktar fil-qasam kulturali. Kien ukoll ?urnalist mal-gazzetta lokali Times of Malta , kif ukoll membru ta’ bordijiet ta’ ?urija matul festivals lokali u barranin. [4]

Peter Paul Ciantar waqt recording għal Radju Malta

Bħala kompo?itur, kiteb għadd ?mielu ta’ mar?i għall-banda King’s Own Band tal- Belt , kif ukoll għal baned oħrajn tal-irħula. Ħafna mill-mar?i festivi tiegħu ?ew irrekordjati fuq diversi LPs u CDs. Huwa kkompona wkoll numru mhux ħa?in ta’ sigli għal uħud mill-programmi tiegħu fuq ir-radju u rebaħ diversi konkorsi għal mu?ika serja organizzati mill- Performing Rights Society ta’ Londra.

Peter Paul Ciantar idoqq il- Bb baritone , is- synthesizer u l- mandolina . Bħalissa qiegħed jippre?enta programm mu?ikali għar-radju fuq Radju Malta, [5] huwa membru tal-Kumitat għall-Festi Nazzjonali, [6] u kittieb ta’ diversi artikli, l-aktar dwar su??etti kulturali u mu?ikali u li dawn l-aktar li ji?u ppublikati fuq gazzetti lokali. [7]

Fir-Repubblika tas-sena 2016, Peter Paul Ciantar ?ie onorat mill-President ta' Malta, f'isem l-Istat Malti, bil-Midalja 'Għall-Qadi tar-Repubblika'.

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

  1. ^ Schiavone, M. J. Dictionary of Maltese Biographies Vol. I A-F, it-tieni edizzjoni, 2009. Pubblikazzjonijiet Indipendenza, Malta, p. 584
  2. ^ L-innu tal-Kulle?? San Nikola Primarja B, https://web.archive.org/web/20071121042230/http://schoolnet.gov.mt/rabatb/hymn.htm , a??essat nhar it-13 ta' ?unju 2015
  3. ^ Jibqgħu Mfakkra: Mro. Carmelo Caruana, St. Andrew's Band Club, http://steno.webs.com/luqa/sabc/obits/cc/obit008.htm , a??essat nhar it-13 ta' ?unju 2015}}
  4. ^ Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija - 1985, http://www.m3p.com.mt/wiki/Festival_Internazzjonali_tal-Kanzunetta_Maltija_-_1985 , a??essat nhar it-13 ta' ?unju 2015
  5. ^ Għandi Pja?ir Nippre?entalek, https://web.archive.org/web/20150523042702/http://www.tvm.com.mt/mt/radio-programmes/ghandi-pjacir-nipprezentalek/ , a??essat nhar it-13 ta' ?unju 2015
  6. ^ Avvi?i tal-Gvern ippublikati fil- Gazzetta tal-Gvern Numru 19,132 tat-3 ta' Settembru 2013, https://govcms.gov.mt/en/Government/Government%20Gazette/Government%20Notices/Pages/2013/09/Government-Notices-0309.aspx a??essat nhar it-13 ta' ?unju 2015
  7. ^ The Malta Indepentent Online, Appreciation: Joseph Curmi, http://www.independent.com.mt/articles/2012-07-22/letters/appreciation-joseph-curmi-313577/ , a??essat nhar it-13 ta' ?unju 2015

Qari ulterjuri [ immodifika | immodifika s-sors ]

Mahoney. J, Oh ?mien Ħelu...:Il-Palk, Ir-Radju u Jien p. 275,276 u 302

Ħoloq esterni [ immodifika | immodifika s-sors ]