Mirella Freni

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Mirella Freni
Ħajja
Isem propju Mirella Fregni
Twelid Modena , 27 Frar 1935
Nazzjonalita Italja
Mewt Pedri , 9 Frar 2020
Kaw?a tal-mewt  ( marda ?erebrovaskolari )
Familja
Konjuga/i Nicolai Ghiaurov (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Ettore Campogalliani (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant tal-opri
Post tax-xogħol Ruma
Impjegaturi Accademia Nazionale di Santa Cecilia (en) Translate
Premjijiet
Moviment artistiku opra
Tip ta' leħen sopran
Strument/i tal-mu?ika pjanu

Mirella Freni , ( OMRI pronunzja bit- Taljan : [mi?r?lːa ?freːni], born Mirella Fregni , twieldet fis-27 ta' Frar 1935 ? mietet fid-9 ta' Frar 2020) [1] kienet sopran tal-opra Taljana li kellha karriera ta' 50 sena u li dehret fl-i?jed teatri tal-opri internazzjonali ewlenin. Hija kisbet attenzjoni internazzjonali fil-Festival ta' Glyndebourne, fejn kellha r-rwol ta' Zerlina f' Don Giovanni ta' Mozart u ta' Adina f' L'elisir d'amore ta' Donizetti .

Freni hija asso?jata mar-rwol ta' Mimi f' La boheme ta' Puccini [2] , li kantat fit-Teatru La Scala f' Milan u fl-Opera Statali ta' Vjenna fl-1963, taħt id-direzzjoni tas-surmast Herbert von Karajan . [3] Hija ħadmet ukoll fl-istess rwol f'film tal-produzzjoni u bħala d-debutt tagħha fil-Metropolitan Opera fil- Belt ta' New York fl-1965. [3] Fl-i?jed DVDs bikrin tal-opri, hija ħadmet ir-rwoli tal-karattri tagħha b'konvinzjoni kemm bħala re?tar kif ukoll bħala kant . [4] Freni kienet mi??ew?a għal bosta snin mal-bassista Bulgaru Nicolai Ghiaurov , u miegħu kienet tkanta u tirre?istra l-ispettakli. L-obitwarju tagħha minn The New York Times jiddeskriviha bħala "prima donna Taljana li qatt ma kien hawn bħalha". [1]

Bijografija [ immodifika | immodifika s-sors ]

Imwielda f' Modena , hija kellha l-istess fattiga li kienet tieħu ħsiebha bħal Luciano Pavarotti , u mat-tenur kibret u ħadmet bosta drabi flimkien miegħu fuq il-palk. Hija studjat il-kant l-ewwel ma' zijuha, Dante Arcelli [5] , imbagħad ma' Luigi Bertazzoni u ma' Ettore Campogalliani . Iktar 'il quddiem bidlet isimha għax ħasbet li kien eħfef biex wieħed jippronunzjah. Freni għamlet id-debutt tagħha fl-opri fit-Teatru Muni?ipali f'raħal twelidha fit-3 ta' Marzu 1955 fir-rwol ta' Micaela f' Carmen ta' Bizet . [6] Iktar 'il quddiem i??ew?et lill- għalliem tagħha, il-pjanist u s-surmast Leone Magiera ; il-koppja kellha tifla flimkien. [7] Freni kompliet bil-karriera tagħha fl-1958 meta ħadmet fir-rwol ta' Mimi f' La boheme ta' Puccini fit-Teatro Regio f' Torino , u kantat fl-ista?un tal-1959-1960 tad-De Nederlandse Opera. L-i?volta internazzjonali tagħha waslet fil-Festival ta' Glyndebourne, fejn fl-1960 ħadmet ir-rwol ta' Zerlina f' Don Giovanni ta' Mozart, flimkien ma' Joan Sutherland li ħadmet fir-rwol ta' Donna Anna, u fl-1962 ħadmet fir-rwol ta' Susanna f' The Marriage of Figaro , u fir-rwol ta' Adina f' L'elisir d'amore ta' Donizetti, taħt id-direzzjoni ta' Franco Zeffirelli .

Fl-1961, Freni ħadmet l-ewwel darba fir-Royal Opera House f' Londra fir-rwol ta' Nannetta f' Falstaff ta' Verdi . Hija ssostitwiet lil Renato Scotto f'La Scala fir-rwol ta' Nanetta. [8] Fil-31 ta' Jannar 1963, hija ħadmet fir-rwol ta' Mimi f'produzzjoni mtella' minn Franco Zeffirelli u diretta mis-surmast Herbert von Karajan. Hija saret waħda mill-iktar kantanti ppreferuti tas-surmast fl-opri u fil-kun?erti. Il-produzzjoni ?iet ripetuta fit-Teatru Statali tal-Opri ta' Vjenna fl-istess sena, u dehret fuq dak il-palk fi ħdax-il rwol, inklu? fir-rwol ewlieni ta' Manon Lescaut ta' Puccini, u ta' Amelia f' Simon Boccanegra ta' Verdi. [9]

Fid-29 ta' Settembru 1965, ħadmet għall-ewwel darba fil-Metropolitan Opera fil-Belt ta' New York, mill-?did fir-rwol ta' Mimi, flimkien ma' Gianni Raimondi fir-rwol ta' Rodolfo, li wkoll għamel id-debutt tiegħu hemmhekk. [10] Iktar 'il quddiem ħadmet hemmhekk fir-rwoli ta' Adina f' L'elisir d'amore ta' Donizetti [11] , ta' Liu f' Turandot ta' Puccini, ta' Marguerite f' Faust ta' Gounod, ta' ?uljetta f' Romeo et Juliette , ta' Susanna u ta' Micaela f' Manon Lescaut . Is-sena ta' wara hija kantat mill-?did fir-rwol ta' Mimi għad-debutt tagħha fil- Philadelphia Lyric Opera Company, flimkien ma' Flaviano Labo li ħadem fir-rwol ta' Rodolfo. Mill-bidu tas-snin 70 sal-bidu tas-snin 80 tas-seklu 20, Freni kantat f'rwoli iktar ta' pi? fl-opri ta' Verdi, inklu? ta' Elisabetta fil-produzzjoni ta' John Dexter ta' Don Carlos , ta' Desdemona f' Otello (flimkien ma' Jon Vickers ), ta' Amelia f' Simon Boccanegra , ta' Elvira fil-produzzjoni ta' Luca Ronconi ta' Ernani , ta' Leonora f' La forza del destino , u tal-protagonista f' Aida fil-Houston Grand Opera fl-1987. Hija ħadmet fir-rwol ta' Tosca ta' Puccini f're?istrazzjoni biss. Ħadmet ukoll ta' Manon Lescaut fl-ista?un tal-1990 fil-Metropolitan Opera [12] , u rre?istrat Madama Butterfly [13] u t-tliet rwoli ta' Il trittico . [14]

Freni għa?let ir-rwoli tagħha bir-reqqa, u f'intervista qalet: "Jiena ?eneru?a b'diversi modi, i?da mhux meta naħseb li nispi??a ngħarraq il-vu?i tiegħi. Xi kantanti jaħsbu li huma allat li jistgħu jagħmlu kollox. I?da jiena dejjem kont onesta miegħi nnifsi u rigward il-possibbiltajiet tiegħi". Hija rrifjutat l-offerti ta' Karajan li taħdem bħala Leonora f' Il trovatore ta' Verdi u fir-rwol ta' protagonista f' Turandot ta' Puccini. Ir-rwol ta' Elvira f' Ernani ngħata l-?enb wara li ttella' spettaklu wieħed f'La Scala (u minkejja offerti li r?eviet biex tkanta r-rwol xi mkien ieħor). Hija qatt ma kantat ir-rwol ta' Cio-Cio-San fuq il-palk, i?da rre?istrat ir-rwol darbtejn, mingħajr ma jitqies il-film tal-1975 ta' Madama Butterfly , flimkien ma' Placido Domingo , b'Karajan bħala surmast u Jean-Pierre Ponnelle fid-direzzjoni. Hija ħadmet ir-rwol ta' Susanna fil-film ta' Ponnelle Le nozze di Figaro , fejn dehru wkoll Dietrich Fischer-Dieskau , Kiri Te Kanawa u Hermann Prey .

Fl-1978, wara ?-?wie? tagħha ma' Magiera sfaxxa f'divorzju, hija ??ew?et lil Nicolai Ghiaurov , wieħed mill-bassisti tal-opri ewlenin tal-perjodu ta' wara l-gwerra. Flimkien għenu biex ji?i stabbilit i?-Centro Universale del Bel Canto f' Vignola , fejn bdew jgħallmu fl-2002. Wara l- mewt ta' Ghiaurov fl-2004, Freni kompliet il-ħidma tagħhom ta' preservazzjoni tat-tradizzjoni tal- bel canto , u baqgħet tgħallem lil kantanti ?għa?agħ mid- dinja kollha.

Freni estendiet ir-repertorju u l-istil tagħha matul is-snin 90 tas-seklu 20 bil-Veri?mu Taljan, u ħadmet f'rwoli ta' protagonista f' Adriana Lecouvreur ta' Francesco Cilea f' Milan , f' Pari?i , f' Bar?ellona u f'New York, u f' Fedora ta' Umberto Giordano f'Londra, f'Milan, f'New York, f'Torino, f'Bar?ellona u fi Zurich . Fl-1997, kantat f' Madame Sans-Gene ta' Giordano fit-Teatro Massimo Bellini. [15] Matul dan i?-?mien hija kantat fl-opri Russi , u ħadmet fir-rwoli ta' Tatiana f' Eugene Onegin ta' Tchaikovsky , ta' Lisa f' The Queen of Spades , u ta' Ioanna f' The Maid of Orleans . Freni temmet il-karriera professjonali tagħha fuq il-palk meta ħadmet ir-rwol tal-adolexxenti Ioanna fl-eta ta' 70 sena fil-Washington National Opera fil-11 ta' April 2005.

Freni mietet fid-9 ta' Frar 2020 f'darha f'Modena. Skont il-mani?er tagħha, hija mietet "wara ?mien twil tikkumbatti marda de?enerattiva u wara sensiela ta' puplesiji". Fit-12 ta' Frar, it-tebut tagħha ?ie m?aqlaq mill-post tal-entita funebri għat-Teatru Komunali ta' Modena sabiex tingħata ?ieħ pubbliku, u mbagħad ?ie ttrasferit b'pur?issjoni lejn il- Katidral ta' Modena , fejn seħħ il-funeral. [16]

Unuri [ immodifika | immodifika s-sors ]

Freni ngħatat l-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana fil-grad ta' Kavallier tas-Salib Grandju? fl-1990 [17] , u l-Le?jun tal-Unur Fran?i? f'Marzu 1993. Fl-1995, ?iet maħtura Kmandant tal-Ordre des Arts et des Lettres. [18] L-Universita ta' Pisa assenjatilha lawrja onorarja fl-2002 għall-"kontribut kbir tagħha lill- kultura Ewropea ". [19] Fl-2009, ?iet promossa għall-grad ta' Uffi?jal fil-Le?jun tal-Unur. [20]

Fl-2005, il-Metropolitan Opera ??elebrat l-40 anniversarju tad-debutt tagħha hemmhekk u l-50 anniversarju tad-debutt tagħha fuq il-palk, b'kun?ert gala spe?jali taħt id-direzzjoni ta' James Levine . [21]

Vidjografija [ immodifika | immodifika s-sors ]

  • The Metropolitan Opera Centennial Gala (1983), Deutsche Grammophon DVD, 00440-073-4538, 2009 [22]
  • The Metropolitan Opera Gala 1991 , Deutsche Grammophon DVD, 00440-073-4582, 2010 [23]

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

  1. ^ a b Tommasini, Anthony (2020-02-09). "Mirella Freni, Matchless Italian Prima Donna, Dies at 84" (bl-Ingli?) . Mi?bur 2022-02-28 .
  2. ^ "Remembering Mirella Freni (1935?2020)" . www.roh.org.uk . Mi?bur 2022-02-28 .
  3. ^ a b Sinkovicz, 10 02 2020 um 21:06 von Wilhelm (2020-02-10). "Mirella Freni: Sie sang. Und das genugte" . Die Presse (bil-?ermani?) . Mi?bur 2022-02-28 .
  4. ^ "Renowned Italian soprano Mirella Freni dies at age 84" . AP NEWS (bl-Ingli?). 2020-02-09 . Mi?bur 2022-02-28 .
  5. ^ Kutsch, K. J.; Riemens, Leo (2012). Freni, Mirella . Großes Sangerlexikon (in German) (4th ed.). Walter de Gruyter. pp. 1558?1559. ISBN 978-3-59-844088-5 .
  6. ^ Brug, Manuel (2020-02-10). "Mirella Freni ist tot: Das allersußeste Opernmadchen" (bil-?ermani?) . Mi?bur 2022-02-28 .
  7. ^ "Mirella Freni obituary" . the Guardian (bl-Ingli?). 2020-02-10 . Mi?bur 2022-02-28 .
  8. ^ "Mirella Freni dies at 84" (bl-Ingli?). 2020-02-09 . Mi?bur 2022-02-28 .
  9. ^ Staatsoper, Wiener. "Zum Tod von KS Mirella Freni" . upstream.wiener-staatsoper.at (bil-?ermani?) . Mi?bur 2022-02-28 .
  10. ^ "BiblioTech PRO V3.2b" . archives.metoperafamily.org . Arkivjat minn l-ori?inal fl-2022-02-28 . Mi?bur 2022-02-28 .
  11. ^ "BiblioTech PRO V3.2a" . archives.metoperafamily.org . Arkivjat minn l-ori?inal fl-2022-02-28 . Mi?bur 2022-02-28 .
  12. ^ Henahan, Donal (1990-02-21). "Review/Opera; Mirella Freni as Puccini's Manon Lescaut, at Met" (bl-Ingli?) . Mi?bur 2022-02-28 .
  13. ^ "Store closed | Classical Music | ArkivMusic" . www.arkivmusic.com . Arkivjat minn l-ori?inal fl-2022-02-22 . Mi?bur 2022-02-28 .
  14. ^ "Review" . Gramophone (bl-Ingli?) . Mi?bur 2022-02-28 .
  15. ^ "LA DIVA MIRELLA FRENI IRRESISTIBILE MADAME - la Repubblica.it" . Archivio - la Repubblica.it (bit-Taljan) . Mi?bur 2022-02-28 .
  16. ^ MALARA, VINCENZO (2020-02-12). "Mirella Freni funerali oggi, folla e Mozart in Duomo per l'addio" . il Resto del Carlino (bit-Taljan) . Mi?bur 2022-02-28 .
  17. ^ "Le onorificenze della Repubblica Italiana" . www.quirinale.it . Mi?bur 2022-02-28 .
  18. ^ "Ordre des Arts et Lettres" (bil-Fran?i?). 1995-02-23 . Mi?bur 2022-02-28 .
  19. ^ Web, Redazione. "L'Universita di Pisa ricorda il soprano Mirella Freni" . www.unipi.it . Mi?bur 2022-02-28 .
  20. ^ Nazionale, Quotidiano (2009-04-15). "Applausi per il soprano Mirella Freni Ora e Ufficiale della Legion d'onore" . Quotidiano Nazionale (bit-Taljan) . Mi?bur 2022-02-28 .
  21. ^ Tommasini, Anthony (2005-05-14). "For Freni, 50 Years Onstage Is Prelude" (bl-Ingli?) . Mi?bur 2022-02-28 .
  22. ^ Henahan, Donal (1983-10-24). "MET GIVES GALA HUG TO ITSELF" (bl-Ingli?) . Mi?bur 2022-02-28 .
  23. ^ "Catalogue" . www.deutschegrammophon.com (bl-Ingli?) . Mi?bur 2022-02-28 .