한국   대만   중국   일본 
Karmenu Vassallo - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

Karmenu Vassallo

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa

Karmenu Vassallo
Ħajja
Twelid 18 Marzu 1913
Nazzjonalita Malta
Mewt 7 April 1987
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
poeta
?urnalist

Karmenu Vassallo (twieled fit-18 ta' Marzu 1913 ? miet fis-7 ta' April 1987) kien politiku , poeta u ?urnalist .

Tfulija [ immodifika | immodifika s-sors ]

Bin Mikelan? u ?u?eppina mwielda Micallef, Karmenu Vassallo twieled is- Si??iewi nhar it-18 ta' Marzu 1913. Fil-ktieb tiegħu Għa?i? Karmenu (1982) huwa jgħid li ma kienx hemm ilma imbierek fil-fonti tal-knisja biex jitgħammed billi kien fi ?mien il-?imgħa Mqaddsa. Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fil- Kulle?? San Alwi?i u fil-Kunvent ta' San Mark, ir- Rabat fejn studja l-Letteratura Latina u Taljana, il- filosofija u beda t- teolo?ija . Kellu xewqa li jsir missjunarju u bejn l-1932 u l-1935 kien novizz tal-MSSP, is-So?jeta Missjunarja ta' San Pawl .

?urnalist, għalliem u suldat [ immodifika | immodifika s-sors ]

Vassallo kien ?urnalist ma' Leħen is-Sewwa (1935?37) li tagħha kien jagħmel ukoll il-qari tal-provi u jieħu ħsieb il-pa?na letterarja. Wara, kien fl-istaff editorjali ta' Il-Berqa u editur tal-pa?na letterarja tagħha. Bejn l-1939 u l-1941 huwa kien jgħallem il- Malti , it- Taljan , l- istorja ta' Malta u l- ?eografija fil-Kulle?? San Alwi?i.

Fl-1941 huwa nqabad bil-lieva u serva mar-ri?ment tal-K.O.M.R. fejn baqa' sal-1944. Ingħata l-medalji "1939-45 Star", "Africa Star" u" War Medal 1939-45" għas-servizz tiegħu.

Wara l-gwerra huwa ħadem bħala skrivan mal-Gvern mal-Kummissjoni tar-Revi?joni tal-Li?ijiet (1944?45). Wara nħatar Surmast tal- Li?eo (1947?56) fejn kien jgħallem il- Malti , it- Taljan u l- Latin . Wara daħal jaħdem mad- Dipartiment tal-Informazzjoni (1956?1961). Kien ukoll e?aminatur tal-Malti fl-e?amijiet ta?-?ivil kif ukoll ta' kompetizzjonijiet letterarji fil-Malti. Fl-1961, inħtar uffi?jal tax-xandir għall-iskejjel sa ma rtira fl-1968.

Poeta u l-ħidma b'risq l-ilsien Malti [ immodifika | immodifika s-sors ]

Vassallo sar membru tal- Akkademja tal-Malti fl-1937 u sar membru tal-Kunsill tagħha fl-1944. Kien ukoll segretarju tas-So?jeta tal-Awturi Maltin (1950?57) u membru tar-"Rediffusion Drama Advisory Panel" (1960?61).

Vassallo kiteb xogħlijiet bil-Malti, bit-Taljan u l- Ingli? . Poe?iji tiegħu bil-Malti nqalbu bil- Fran?i? minn Laurent Ropa , bit-Taljan minn Vincenzo Maria Pellegrini u Giovanni Curmi u bl-Ingli? mill-Professur A. J. Arberry . Rebaħ ħafna premijiet f'konkorsi letterarji tal- poe?ija . Fl-1972 Vassallo ngħata l-midalja tad-deheb ?u?? Muscat Azzopardi . Hu hu wkoll magħruf bħala l- Poeta tan-Nirien . Il-poe?ija tiegħu b'influwenza tal-poeta Taljan Leopardi tesprimi t-tbatija tal-bniedem, id-dwejjaq u rabja tal-ħajja u r-ribelljoni ta?-?għo?ija. Fil-poe?iji ta' Vassallo wieħed isib spiritwalita profonda u prin?ipji filosofi?i Insara.

?u?e Chetcuti jgħid li Karmenu Vassallo kien bniedem b'qalb kbira u "nibqgħu ghal dejjem nafuh b'ruħ u qalb għal kollox mi?bura fil-poe?ija li kiteb; il-poe?ija hija l-mera ta' ħajtu, ix-xbieha ta' qalbu".

Alfred Sant jgħid li "Bħal ħafna oħrajn tal-?enerazzjoni tiegħu, missieri kien ammiratur kbir ta’ Vassallo. ?ieli kien ukoll jarah bħala kittieb “terribbli” għax jesprimi dwejjaq u rabja bil-ħajja li huma parti mill-irvell ta?-?għo?ija. Imma f’Vassallo din l-espressjoni nnifisha ?ieli kienet tinħass bħala tentazzjoni lejn dwejjaq u rabja li lesti jaqb?u kull limitu. Karmenu Vassallo stess kien ta’ spiss jin?ibed lura minn dak li hu jidher li qed ifisser. Malajr malajr, kien jidħol fi djalogu mqit mat-twemmin Kattoliku tiegħu biex jaqta’ ras id-dubju. It-tentazzjoni f’Vassallo għar-rifjut tal-konvenzjoni u d-drawwa kienet ti?bed lejn il-kitba tiegħu, b’?ertu seħer, li?-?għa?agħ tas-snin tletin u erbgħin li kienu jħossu li l-kitba ta’ Vassallo, ?or? Pisani u ?u?e Ellul Mercer kienet qed tgħidilhom affarijiet ?odda dwar ħajjithom ta’ dak i?-?mien... Jispikka fih is-sentiment tal-poeta favur qafas fejn il-ħajja tikseb tifsira aktar profonda. Il-bniedem mhuwiex destinat biss biex jitwieled, jiekol u jorqod, jgħix u jmut. Hemm xi ħa?a aqwa wara l-e?istenza tiegħu. Din hi tema li Karmenu Vassallo baqa’ dejjem itambar fuqha, u jekk mhux dejjem irnexxielu juri fidu?ja fit-te?i li iva, hemm tifsira aqwa għall-ħajja, ma kinitx xi ħa?a din li tatu pja?ir tul ħajtu. Iħossu bħalu imma, kien hemm għadd kbir ta’ ?għa?agħ…"

Fost il-kotba tiegħu nsibu:

  • Nirien (1938)
  • Alla ta?-?għa?agħ (1939)
  • Il-Metrika Maltija (1940)
  • Kwiekeb ta' Qalbi (1944)
  • Ħamiem u Sriep (1959)
  • Mill-Art għas-Sema (1960)
  • Vatum Consortium (1969)
  • Tnemnim (1970)
  • Bejn Q?a?et u Qigħan (1974)
  • Għa?i? Karmenu (1982)

Bejn l-1950 u l-1956 qaleb għall-Malti Tale of Two Cities (?rajja ta' ?ew?t Ibliet) ta' Charles Dickens , Confessions (Stqarrijiet) ta' Santu Wistin u Bufera (Riefnu) ta' Giovanni Curmi. ?rajja ta' ?ew?t Ibliet kien intlaqa' tajjeb ħafna u kien inqara fuq ir-Rediffusion.

Fl-1981 Vassallo bagħat lil ?u?e Cassar Pullicino 11-il poe?ija bit-Taljan u tliet għanjiet bl-Ingli? - Adieu (1943), Victory (1944) meta t- Tieni Gwerra Dinjija kienet fl-epilogu tagħha, u Alone (1945) li kienet immu?ikata minn Joseph Abela Scolaro u ppubblikata fl-1957.

Politika [ immodifika | immodifika s-sors ]

Fuq il-kontribut politiku ta' Vassallo, Alfred Sant fl-1999 stqarr hekk: "Xi wħud pre?enti hawn illejla forsi se jistagħ?bu li m’inix nirreferi daqstant għall-kontribut politiku li ta' Karmenu Vassallo, għall-impenn tiegħu favur Laburi?mu moderat u favur il-?usti??ja so?jali. Kien hemm per e?empju l-elezzjoni tal-1971, fejn jintqal li kieku Vassallo ma ħari?x kandidat għall-Partit Laburista fis-Si??iewi, kienu jintilfu l-voti. Effettivament, minħabba l-kandidatura ta’ Karmenu Vassallo, il-Partit Laburista seta’ jirkupra bi??ejjed voti biex jirbaħ si??u essenzjali għalih u b’hekk jifforma gvern. Minkejja dan kollu, apparti mill-fatt li ma naħsibx li Vassallo kien iqis il-politika bħala xi ħidma ewlenija għal ħajtu, għalija t-tifkiriet il-kbar li għandi huma tiegħu bhala kittieb. Hekk nippreferi nibqa’ naħseb dwaru…għax nemmen ukoll li fil-kitbiet tiegħu, Vassallo ta xhieda mhux biss tal-konflitti spiritwali li ?arrab, imma aktar minn hekk, ta xhieda tat-twemmin politiku tiegħu, mingħajr ma ndaħal fil-parti??jani?mu jew f’referenzi politi?i kontemporanji li mas-snin jitilfu t-tifsira tagħhom."

Familja u l-mewt [ immodifika | immodifika s-sors ]

F'?unju 1939 Vassallo ??ewweg lil Marija Vassallo u kellhom sebat ulied: Ro?anna, Herman-Baruch, Oliver Paul, Toninu, Nicholas, Jane u Joe Silverius. Kellu mħabba kbira lejn is-Si??iewi raħal twelidu. Magħrufa l-poe?ija tiegħu Raħal Twelidi li tibda bil-vers "Seta' kien ikbar, seta' kien isbaħ..." Kellu diversi karigi fil-ka?in tal-banda San Nikola u kien fost il-fundaturi tal-klabb tal-futbol tal-lokal fl-1945 li tiegħu kien president fl-ewwel tmien snin. Huwa miet nhar is-7 ta' April 1987.

Nhar it-28 ta' Jannar 2007 il- President Eddie Fenech Adami kixef monument tal-bron? f'?ieħu fis- Si??iewi .

Ħoloq esterni [ immodifika | immodifika s-sors ]