한국   대만   중국   일본 
Joseph Calleja - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

Joseph Calleja

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Joseph Calleja
Ħajja
Twelid Ħ'Attard , 22 Jannar 1978 (46 sena)
Nazzjonalita Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant tal-opri
mu?i?ist
Tip ta' leħen tenur
Strument/i tal-mu?ika vu?i

Joseph Calleja (twieled fit-22 ta' Jannar 1978) huwa tenur Malti. Beda jkanta meta kellu 16-il meta skoprieh it-tenur Brian Cefai u mbagħad kompla jistudja taħt Pawlu Asciak. Ta' 19-il sena għamel id-debutt operistiku tiegħu bħala Macduff fl-opra Macbeth ta' Verdi fit- Teatru Astra ta' Għawdex u wara, fl-istess sena rebaħ premju fil-konkors internazzjonali tal-kant Hans Gabor Belvedere. Fl-1998, rebaħ il-konkors internazzjonali tal-kant liriku Enrico Caruso f'Milan u fl-1999 rebaħ il-premju CulturArte fil-konkors internazzjonali tal-opra Operalia mwaqqaf minn Placido Domingo . [1] Joseph Calleja hu meqjus bħala wieħed mit-tenuri ?għa?agħ l-i?jed promettenti tas-seklu 21. [2]

Fit-2 ta' Novembru 2012, l-Universita ta' Malta onorat lil Joseph Calleja bid-Dottorat fil-Letteratura Honoris Causa bħala rikonoxximent tal-kisbiet tiegħu bħala tenur ta' fama internazzjonali. [3]

Su??essi internazzjonali [ immodifika | immodifika s-sors ]

Fl-Ewropa, Calleja kanta f'ħafna teatri tal-opra fosthom ir- Royal Opera House f'Londra, fil- Wiener Staatsoper ta' Vjenna, fl- Oper Frankfurt , id- Deutsche Oper Berlin , l- Opera national du Rhin f'Strasburgu, it- Teatre Principal f'Minorca, il- Gran Teatre del Liceu ta' Bar?elona, il- Concertgebouw f'Amsterdam u ħafna oħrajn.

Fl-Istati Uniti, Calleja kanta fil- Metropolitan Opera ta' New York, il- Houston Grand Opera , il- Los Angeles Opera , is- Seattle Opera , il- Washington National Opera , u s- Civic Opera House ta' Chicago.

Calleja irrekordja ?ew? CDs, ma' DeccaClassic, ta' arji mill-opri: Tenor Arias u The Golden Voice . F'Lulju tal-2011, it-tielet album solo ta' Calleja, Joseph Calleja ? The Maltese Tenor laħaq it-tieni post fil-klassifika ?ermani?a [4] u mill-ewwel laħaq l-ewwel post fil- Billboard Classical Traditional chart tal-Istati Uniti. [5]

Joseph Calleja kien nominat Artista tas-Sena 2012 tar-rivista Gramophone . Fl-istess sena, Calleja inħatar bħala l-ewwel ambaxxatur kulturali ta' Malta.

Kun?erti [ immodifika | immodifika s-sors ]

Recordings u videos [ immodifika | immodifika s-sors ]

  • 2003: DVD ta' Maria Stuarda , b'Calleja fil-parti ta' Leicester, irrekordjata mill- Fondazione Orchestra Stabile de Bergamo
  • 2004: Diska solo, Tenor Arias , diretta minn Riccardo Chailly bl- Orchestra Sinfonica e Coro di Milano
  • 2004: "Puccini Discoveries": Cantata Cessato il suon dell'armi , diretta minn Riccardo Chailly mal- Orchestra Sinfonica e Coro di Milano
  • 2005: Diska solo, The Golden Voice , diretta minn Carlo Rizzi mal- Academy of St Martin in the Fields
  • 2009: CD ta' I Capuleti e i Montecchi b'Calleja fil-parti ta' Tebaldo, diretta minn Fabio Luisi
  • 2010: DVD ta' Simon Boccanegra b'Calleja fil-parti ta' Gabriele Adorno b' Placido Domingo fil-parti prin?ipali; irrekordjata fir- Royal Opera House' , Covent Garden, Londra
  • 2011: DVD of La traviata b'Calleja fil-parti ta' Alfredo Germont, irrekordjata fir- Royal Opera House' , Covent Garden, Londra (nominata għal Grammy )
  • 2011: Diska solo, The Maltese Tenor , mal- Orchestre de la Suisse Romande
  • 2012: Diska solo, "Be My Love - A Tribute to Mario Lanza", BBC Concert Orchestra

Calleja deher bħala mistieden fl-album ta' Renee Fleming, By Request , fejn kanta l-parti ta' Alfredo fl-aħħar xena tal-ewwel att ta' La traviata . Ir-recording ta' "La donna e mobile" mir- Rigoletto ta' Verdi jinstema' fis-soundtrack tal-film ta' 2007 No Reservations , li taħdem fih Catherine Zeta-Jones .

The Golden Voice u Tenor Arias qalgħu ħafna tifħir kritiku u popolari u t-tejn ?ew nominati bħala l-għa?la tal-Editur fir-rivista Gramophone .

Singli [ immodifika | immodifika s-sors ]

  • 2012: "Be My Love" (laħqet ir-raba' post f' Tracklisten , il-Klassifika Dani?a tas-Singli)

Film [ immodifika | immodifika s-sors ]

Joseph Calleja jaħdem il-parti tat-tenur Enrico Caruso fil-film ta' James Gray The Immigrant, li jaħdmu fih ukoll Joaquin Phoenix u Marion Cotillard .

Repertorju [ immodifika | immodifika s-sors ]

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

Ħoloq esterni [ immodifika | immodifika s-sors ]