한국   대만   중국   일본 
Gustave Charpentier - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

Gustave Charpentier

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Gustave Charpentier
Ħajja
Twelid Dieuze , 25 ?unju 1860
Nazzjonalita Franza
Residenza Pari?i
Mewt Pari?i , 18 Frar 1956
Post tad-dfin I?-?imiterju Pere Lachaise
Edukazzjoni
Alma mater Conservatoire de Paris
Lingwi Fran?i?
Għalliema Emile Pessard
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompo?itur
surmast tal-orkestra
kittieb
Xogħlijiet importanti Louise
Julien ou La Vie du poete
Premjijiet
Sħubija Academie des beaux-arts (en) Translate
Moviment mu?ika klassika
Moviment artistiku opra
mu?ika klassika

Gustave Charpentier (bil- Fran?i? : [?ystav ?a?p??tje]; twieled fil-25 ta’ ?unju 1860 ? miet fit-18 ta’ Frar 1956) kien kompo?itur Fran?i? , magħruf l-iktar għall-opra tiegħu Louise . [1]

Ħajja u karriera [ immodifika | immodifika s-sors ]

Charpentier twieled f’ Dieuze , Moselle , iben furnar , u bl-assistenza ta’ benefattur għani, huwa studja l- vjolin fil-Konservatorju f’ Lille qabel ma attenda l-Konservatorju ta’ Pari?i fl-1881. Hemmhekk huwa ħa lezzjonijiet fil-kompo?izzjoni taħt Jules Massenet (mill-1885) u kellu reputazzjoni li kien iħobb jaħsad lill-professuri tiegħu. Fl-1887 huwa rebaħ il- Prix de Rome għall-kantata tiegħu Didon . [1] Matul i?-?mien li qatta’ f’ Ruma permezz tal-premju, huwa kiteb il-kompo?izzjoni orkestrali Impressions d'Italie u beda jaħdem fuq il-librett u l- mu?ika tal-iktar xogħol magħruf tiegħu, l-opra Louise .

Charpentier re?a’ lura f’Pari?i, u stabbilixxa ruħu f’ Montmartre , u kompla jikkomponi, inklu? kanzunetti bba?ati fuq lirika ta’ Charles Baudelaire u Voltaire . Huwa eventwalment lesta l-opra Louise , u din ?iet a??ettata għall-produzzjoni mill-Opera-Comique. Din l-opra titqies bħala ritratt realistiku tal-ħajja ta’ kuljum tal-ħaddiema f’Pari?i, u xi kultant titqies bħala e?empju Fran?i? ta’ opra tal-veri?mu (bit- Taljan : verismo ).

L-opra Louise twettqet għall-ewwel darba fit-2 ta’ Frar 1900 taħt id-direzzjoni ta’ Andre Messager u minnufih kisbet su??ess. F’qasir ?mien din l-opra bdiet tintwera madwar l- Ewropa u l- Amerka kollha, u biha Charpentier kiseb fama kbira. Xprunat ukoll il-karriera tas-sopran Sko??i?a Mary Garden , li kellha r-rwol ewlieni f’wieħed mill-ispettakli bikrin. Lejn l-aħħar tal-1935, il-kompo?itur issorvelja l-mu?ika mqassra li ntu?at f're?istrazzjoni fi studjo ta’ madwar 70 minuta tal-opra, diretta minn Eugene Bigot . [2] Adattament tal-opra f’film sar fl-1939 bi Grace Moore fir-rwol ewlieni. Fit-turija mill-?did ta’ Louise fl-Opera-Comique fit-28 ta’ Frar 1950, bħala ?elebrazzjoni tal-50 anniversarju tal-ħolqien tagħha u għeluq snin il-kompo?itur li kien għalaq 90 sena, kien hemm it-tama li Charpentier innifsu jiddirie?i l-opra, i?da ddiri?iha Andre Cluytens , u l-kompo?itur iddirie?a x-“Chant de l'apotheose” wara t-tielet att. [3]

Riklami ta’ kun?ert mill-Conservatoire Populaire de Mimi Pinson fl-eks Palais du Trocadero

Louise okka?jonalment għadha tintwera sa llum, bl- aria tas-sopran “Depuis le jour” li hija pjuttost popolari. Fl-1902, Charpentier waqqaf il- Conservatoire Populaire Mimi Pinson , bil-ħsieb li jipprovdi edukazzjoni artistika mingħajr ħlas għall-ħaddiema nisa f’Pari?i. Madankollu, huwa ma baqax produttiv bħala kompo?itur. Huwa ħadem fuq l-opra Louise , Julien, ou la vie d'un poete , ta’ wara l-opra ewlenija tiegħu, i?da malajr intesiet wara li ntweriet għall-ewwel darba fl-1913. Minn dak i?-?mien ’il quddiem, Charpentier ma tantx ikkompona iktar.

Madankollu, ma baqax b’idejh fuq ?aqqu. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija , huwa beda l-Œuvre de Mimi Pinson u l-Cocarde de Mimi Pinson biex jgħin lis-suldati midruba. [4] Huwa ngħata l- Legion d'honneur fl-1900, sar Commandeur fl-1930, u Grand Officier fl-1950. [5] Fl-1934, huwa ddirie?a re?istrazzjoni tal- Impressions d'Italie tiegħu minn orkestra sinfonika ta’ Pari?i. [6] Huwa miet tal-eta ta’ 95 sena f’Pari?i.

Ħu Charpentier, Victor (li twieled ukoll f’Dieuze, fit-23 ta’ Lulju 1867) kien ?ellista fl-orkestra tal-Opera ta’ Pari?i u iktar ’il quddiem sar surmast ta’ kun?erti sinfoni?i popolari f’Pari?i. [7] Fl-1931 Marc Delmas ippublika bijografija ta’ Charpentier intitolata Gustave Charpentier et le Lyrisme Francais .

Kompo?izzjonijiet [ immodifika | immodifika s-sors ]

  • Didon , Scene dramatique ? 1887
  • Impressions d'Italie ? 1892
  • La vie du poete ? sinfonija-dramm ? 1892
  • Serenade a Watteau (lirika ta’ Verlaine) ? 1896
  • La couronnement de la muse ? spettaklu ? 1897
  • Louise ? 1900
  • Munich ? poe?ija sinfonika ? 1911
  • Julien, ou La vie du poete ? 1913
  • L'amour au faubourg ? 1913 (qatt ma ndaqqet)
  • Orphee ? 1931 (mhux kompluta)
  • Kanzunetti

Ħoloq esterni [ immodifika | immodifika s-sors ]

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

  1. ^ a b Langham Smith R., "Gustave Charpentier", The New Grove Dictionary of Opera. Macmillan, London and New York, 1997.
  2. ^ Potter T., Notes for the Naxos "Great Opera Recordings" CD re-issue of the 1935 recording, 2003.
  3. ^ Baeck E., Andre Cluytens: Itineraire d'un chef d'orchestre. Editions Mardaga, Wavre, 2009.
  4. ^ Charpentier, Gustave . Mi?bur 2021-06-25 .
  5. ^ Orledge R., "Gustave Charpentier", The New Grove Dictionary of Music. Macmillan, London and New York, 2001.
  6. ^ Re-issued on VAI1075, 1994.
  7. ^ Cinquante Ans de Musique Francaise de 1874 a 1925. Les Editions Musicales de la Librairie de France, Paris, 1925.