Guillermo Stabile

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Guillermo Stabile
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Guillermo Stabile
Twelid 17 ta' Jannar 1905 ( 1905-01-17 )
Buenos Aires Ar?entina
Mewt 26 ta' Di?embru 1966 (61 sena)
Buenos Aires
Tul 1.68 m
Rwol Attakkant
Mixtliet
Sportivo Metan
1920?1923 Huracan
Karriera professjonali
Snin Klabb
1924?1930 Huracan
1930?1934 Genoa
1934?1935 Napoli
1935?1936 Genoa
1936?1939 Red Star Paris
Tim nazzjonali
1930 Ar?entina
Timijiet ikkow?jati
1931?1932 Genoa
1937?1939 Red Star Paris
1939?1940 San Lorenzo
1939?1960 Ar?entina
1940?1941 Estudiantes de La Plata
1940?1949 Huracan
1949?1960 Racing Club

Guillermo Stabile (twieled fis-17 ta' Jannar 1905 ? miet fis-26 ta' Di?embru 1966) kien plejer u kow? tal- futbol Ar?entin . Stabile rebaħ ?ew? kampjonati ma' Huracan u lagħab fl-Italja u Franza. Hu kien l-aqwa skorer fl- ewwel edizzjoni tat- Tazza tad-Dinja li saret fl-1930. Bħala kow?, hu mexxa lill-Ar?entina għar-rebħ ta' sitt titli tal- Copa America waqt li wassal lil Racing Club għar-rebħ ta' tliet titli tal-kampjonat.

Karriera [ immodifika | immodifika s-sors ]

Klabb [ immodifika | immodifika s-sors ]

Il-karriera tiegħu bdiet ma' Huracan fejn lagħab magħhom bejn l-1924 u l-1930. Għall-bidu beda jilgħab bħala midfilder laterali, pero evolva bħala attakkant. Mal-klabb Ar?entin hu rebaħ il-kampjonat darbtejn u t-trofew re?jonali Copa Dr. Carlos Ibarguren fl-1925. Wara l-marka li ħalla fl-ewwel Tazza tad-Dinja, hu ttrasferixxa fl-Ewropa sabiex jilgħab ma' Genoa , tim li magħhom lagħab 41 logħba u skorja 15-il gowl. Tlieta minn dawn il-gowls waslu fid-debutt tiegħu fis-16 ta' Novembru 1930, kontra Bologna li ntemmet 3?1.

L-esperjenza mal-klabb kienet imtappna minn problemi fi?i?i: l-ewwel waħda seħħet fid-29 ta' Marzu 1931, meta f'logħba ta' ħbiberija kontra Alessandria kiser saqajh il-leminija fi skontru mal-gowler avversarju. It-tieni in?ident seħħ fis-26 ta' Marzu 1930 fil-logħba kontra Fiorentina , fejn wara daħla ma' avversarju hu re?a' kiser l-istess sieq. Fis-17 ta' Settembru 1933, fil-konfront kontra n- Napoli re?a' korra fil-ligamenti ta' saqajh il-leminija.

Minkejja din is-serje ta' problemi, fl-1934 ?ie iffirmat min- Napoli fejn lagħab magħhom għal sta?un wieħed biss. F'dak l-ista?un skorja 3 gowls f'20 logħba. Fl-1935, re?a' rritorna għal ftit ma' Genoa, qabel ma' f'Ottubru tal-istess sena xtara l-kumplament tal-kuntratt tiegħu u mar Franza sabiex jilgħab ma' Red Star ta' Pari?i , il-klabb li magħhom kiseb il-promozzjoni għall- ogħla divi?joni .

Internazzjonali [ immodifika | immodifika s-sors ]

Stabile iddebutta mat- tim nazzjonali tal-Ar?entina ta' 25 sena, fit-tieni logħba tat-tim fl- ewwel edizzjoni tat- Tazza tad-Dinja li saret fl-1930 ?ewwa l- Urugwaj . Kontra l- Messiku , l-Ar?entina rebħet 6?3 fejn Stabile skorja tripletta. Għal ħafna snin din kienet ikkunsidrata bħala l-ewwel tripletta f'fa?i finali tat-Tazza tad-Dinja, sakemm fl-2006 il-FIFA iddikjarat li Bert Patenaude skorja l-ewwel triplett jumejn qabel dik ta' Stabile.

Fl-aħħar logħba mill-grupp, l-Ar?entina affrontaw ir-rivali Sud-Amerikani ta?- ?ili u rebħulhom 3?1 bi Stabile ini??el ismu għal darb'oħra fost l-iskorers b'doppjetta. Fis-semifinali kontra l- Istati Uniti , l-Ar?entina rebħu fa?ilment 6?1 u Stabile skorja tnejn mill-gowls sabiex wassalhom għall-finali. Kontra l-ospiti tal- Urugwaj , l-Ar?entina daħlu fil-mistrieħ 2?1 minn fuq, bi Stabile jiskorja t-tieni gowl. Madanakollu, l-Urugwaj qalbu l-iskor fit-tieni taqsima sabiex rebħu 4?2. Minkejja t-telfa finali, hu spi??a l-aqwa skorer fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Logħbiet internazzjonali [ immodifika | immodifika s-sors ]

Unuri [ immodifika | immodifika s-sors ]

Klabb [ immodifika | immodifika s-sors ]

Huracan

Kow? [ immodifika | immodifika s-sors ]

Ar?entina
Primera Division

Ħoloq esterni [ immodifika | immodifika s-sors ]