Fotografu

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Fotografi moderni f’avveniment sportiv

Fotografu (mill-Grieg φ?? ( phos ), li tfisser "dawl", u γραφ? ( graphe ), li tfisser "tpin?ija, kitba"; li flimkien ifissru "it-tpin?ija bid-dawl") [1] huwa persuna li tieħu r-ritratti.

Dmirijiet u tipi ta’ fotografi [ immodifika | immodifika s-sors ]

Bħal fil-kumplament ta l-arti , id-definizzjonijiet ta’ dilettant u professjonista mhumiex kategori?i għalkollox.

Fotografu dilettant jieħu r-ritratti għall-gost jew bħala delizzju biex jibqa’ jiftakar xi avvenimenti, postijiet jew ħbieb, bl-ebda intenzjoni li jbigħhom lil xi ħaddieħor.

Min-naħa l-oħra, fotografu professjonista x’aktarx li jieħu r-ritratti għal sessjoni bi ħlas jew jimponi xi mi?ata, jew inkella jdaħħal salarju jew xi introjtu permezz tal-wiri, il-bejgħ mill-?did jew l-u?u ta’ dawk ir-ritratti. [2]

Fotografu professjonista jista’ jkun impjegat, pere?empju ta’ xi gazzetta, jew jitqabbad b’kuntratt biex ikopri avveniment ippjanat partikolari bħal tie? jew ?erimonja tal-iggradwar, jew għar-reklamar. Oħrajn, bħall-fotografi tal-belle arti, jaħdmu freelance jew għal rashom. Dawn l-ewwel jieħdu ritratt u mbagħad joħor?ulu li?enzja jew jagħmlu kopji stampati tiegħu għall-bejgħ jew għall-wiri. Xi ħaddiema, bħall-fotografi tax-xena tad-delitti, a?enti tal-proprjeta, ?urnalisti u xjenzati jieħdu r-ritratti bħala parti minn xogħolhom. Il-fotografi li jipprodu?u imma?nijiet ji??aqilqu minflok imma?nijiet wefin spiss jissejħu ?inematografi, vidjografi jew operaturi tal-kameras, skont xi jkun il-kuntest kummer?jali.

Fotografu fis-snin 50 tas-seklu 19

It-terminu professjonista jista’ jimplika wkoll tħejjija, pere?empju, permezz ta’ studju akkademiku jew apprendistat minn fotografu li jrid jikseb ħiliet fotografi?i. Professjonista spiss jinvesti fit-tkomplija tal- edukazzjoni permezz ta’ asso?jazzjonijiet. Filwaqt li ma hemm l-ebda rekwi?it obbligatorju ta’ re?istrazzjoni biex wieħed jikseb status ta’ fotografu professjonista, biex wieħed jopera negozju jeħtie? li?enzja tan-negozju fil-bi??a l-kbira tal-bliet u tal-pajji?i. B’mod simili, l-assigurazzjoni kummer?jali hija meħtie?a wkoll mill-bi??a l-kbira tal-postijiet jekk wieħed ikun irid ikopri xi avveniment pubbliku jew tie?. Il-fotografi li joperaw negozju le?ittimu jistgħu jipprovdu dawn l-affarijiet.

Il-fotografi jistgħu ji?u kkategorizzati abba?i tas-su??etti tar-ritratti tagħhom.

Xi fotografi jesploraw su??etti li jkunu tipi?i anke għall- pittura bħall-pajsa??, il-ħajja wieqfa u r-ritratti tal-bnedmin. Fotografi oħra jispe?jalizzaw f’su??etti li jkunu uni?i għall-fotografija, bħall-fotografija tal-isport, tal-?rajjiet kurrenti fit-toroq, tad-dokumentarji, tal-moda, tat-ti?ijiet, tal-avjazzjoni, kummer?jali u tal-gwerra, kif ukoll il-?urnali?mu fotografiku. It-tip ta’ xogħol li ji?i kkummissjonat ikollu prezzijiet asso?jati mal-u?u tal-imma?nijiet.

Bejgħ tar-ritratti [ immodifika | immodifika s-sors ]

Id-dritt esklu?iv tal-fotografi għall-ikkupjar u għall-u?u tal-prodotti tagħhom huwa protett bid-drittijiet tal-awtur. Bosta industriji jixtru r-ritratti biex ju?awhom fil-pubblikazzjonijiet u fuq il-prodotti. Ir-ritratti li naraw fuq il-fa??ati tar-rivisti, fir-reklamar fuq it-televi?joni, fuq xi kartolini jew fuq il-kalendarji, fuq is-siti web, jew fuq il-prodotti u l-imballa??i tagħhom, ?eneralment ikunu nxtraw għal dak l-u?u, jew direttament mingħand il-fotografu jew inkella permezz ta’ a?enzija li tirrappre?enta lill-fotografu. Fotografu ju?a kuntratt biex ibigħ il-“li?enzja” jew biex dak li jkun ikun jista’ ju?a r-ritratti b’kontrolli e?atti rigward kemm-il darba jistgħu jintu?aw ir-ritratti, f’liema territorju se jintu?aw (pere?empju fl- Istati Uniti jew fir- Renju Unit ), u e?attament għal liema prodotti. Is-soltu din tissejjaħ mi?ata jew tariffa tal-u?u u tintu?a biex ikun hemm distinzjoni mal-mi?ata jew mat-tariffa tal-produzzjoni (il-ħlas għall-ħolqien jew għall-produzzjoni effettiva ta’ ritratt jew ta’ għadd ta’ ritratti). Kuntratt addizzjonali u royalty japplikaw għal kull u?u addizzjonali tar-ritratt jew tar-ritratti.

Fotografu dilettant bil-kamera personali fuq trepied

Il-kuntratt jista’ jkun għal sena waħda biss jew għal tul ta’ ?mien ieħor. Il-fotografu s-soltu jimponi royalty kif ukoll mi?ata jew tariffa ta’ darba, skont xi jkunu t-termini tal-kuntratt. Il-kuntratt jista’ jkun għall-u?u mhux esklu?iv tar-ritratti (li jfisser li l-fotografu jista’ jbigħ l-istess ritratt għal iktar minn u?u wieħed matul l-istess sena) jew għall-u?u esklu?iv tar-rittratti (li jfisser li dak l-individwu jew dik il-kumpanija biss jistgħu ju?aw ir-ritratti f’dak il-perjodu stipulat fil-kuntratt). Il-kuntratt jista’ jistipula wkoll li l-fotografu jkun intitolat jawditja lill-individwu jew lill-kumpanija biex ji?u ddeterminati l-ħlasijiet tar-royalties. Ir-royalties jistgħu jvarjaw skont it-tip ta’ industrija li tixtri r-ritratti u l-u?u kkon?ernat. Pere?empju, ir-royalties għal ritratt li jintu?a fuq poster jew fir-reklamar fuq it-televi?joni jistgħu jkunu ogħla minn dawk għall-u?u fuq għadd limitat ta’ fuljetti. Spiss royalty tkun ibba?at ukoll fuq id-daqs u l-kwantita tal-u?u tar-ritratt f’rivista jew fi ktieb, u r-ritratti tal-fa??ata jew tal-qoxra s-soltu jkollhom royalties ferm ogħla mir-ritratti l-oħra fl-istess rivista jew ktieb.

Ir-ritratti meħuda minn fotografu meta jkun imqabbad jew assenjat fuq xogħol partikolari spiss ikunu jappartjenu lill-kumpanija jew lill-pubblikazzjoni kkon?ernati, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-kuntratt. Il-fotografi professjonisti tat-ti?ijiet pere?empju spiss jistipulaw fil-kuntratt li jibqa’ jkollhom id-drittijiet tal-awtur fuq ir-ritratti li jieħdu, biex b’hekk ikunu jistgħu jbigħu iktar ritratti stampati lill-klijent, u mhux il-klijent jirriprodu?i r-ritratti b’xi mezz ieħor hu stess. Jekk il-klijent ikun irid jagħmel hekk, is-soltu dan ji?i diskuss biex jitfassal kuntratt alternattiv mal-fotografu bil-quddiem, qabel jittieħdu r-ritratti, u ?eneralment il-fotografu jitlob mi?ata jew tariffa ogħla bil-quddiem biex i?edi d-drittijiet tal-awtur lill-klijent.

Hemm kumpaniji kbar li j?ommu katalgi ta’ ħa?niet ta’ ritratti u ta’ imma?nijiet għal de?ennji sħaħ, fosthom Getty Images u oħrajn. Mill-bidu tas-seklu 21, bosta katalgi ta’ ħa?niet online ta’ ritratti u ta’ imma?nijiet fe??ew li jistiednu lill-fotografi jbigħu r-ritratti tagħhom online fa?ilment u malajr, i?da spiss għal ftit flus, mingħajr royalty, u mingħajr kontroll fuq l-u?u tar-ritratti, is-suq li fih se jintu?aw, il-prodotti li se jintu?aw fuqhom, it-tul ta’ ?mien għal kemm se jintu?aw, e??.

Il-fotografi kummer?jali jistgħu jippromwovu wkoll ix-xogħol tagħhom għar-reklamar jew lix-xerrejja tal-arti editorjali permezz tal-istampar jew permezz ta’ mezzi online tal-kummer?jalizzazzjoni.

Kondivi?joni tar-ritratti [ immodifika | immodifika s-sors ]

Bosta nies itellgħu r-ritratti tagħhom fuq siti web tan-networking so?jali u fuq siti web oħra, sabiex jikkondividuhom ma’ grupp partikolari jew mal-pubbliku ?enerali. Dawk li jkunu interessati fil-pre?i?joni legali jistgħu jirrilaxxawhom espli?itament fid-dominju pubbliku jew taħt li?enzja ta’ kontenut b’xejn. [3] Xi siti, inklu? Wikimedia Commons, jimxu bil-pinna u bil-klamar fir-rigward tal-li?enzji u ja??ettaw biss stampi jew ritratti b’informazzjoni ?ara dwar l-u?u permess.

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

  1. ^ "photography | Search Online Etymology Dictionary" . www.etymonline.com . Mi?bur 2021-07-15 .
  2. ^ Scott, Grant (22 May 2015). The Essential Student Guide to Professional Photography . CRC Press. p. 37. ISBN 9781317618140 .
  3. ^ Mooney, Carla (12 June 2009). Online Social Networking . Greenhaven Publishing LLC. p. 21. ISBN 9781420501933 .