한국   대만   중국   일본 
Fenek ta' denbu qotni tad-de?ert - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

Fenek ta' denbu qotni tad-de?ert

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Fenek ta' denbu qotni tad-de?ert
Fenek ta' denbu qotni tad-de?ert jew Denb qotni tad-de?ert , Sylvilagus insonus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
?eneru: Sylvilagus
Spe?i: S. audubonii
Isem binominali
Sylvilagus audubonii
Baird, 1858
Sotto?eneru


Il- Fenek ta' denbu qotni tad-de?ert Sylvilagus audubonii jew kif jissejaħ ukoll Denb qotni tad-de?ert (l- ispe?i kollha tal- ?eneru Sylvilagus kollha, minflok Fenek ħafna drabi jissejħu denb qotni ), huwa mammiferu pla?entat erbivoru membru tal- familja Leporidae , fl- ordni Lagomrpha , tad- Dinja l-?dida (il-kontinenti Amerikani ). Din l- ispe?i għalkemm ħafna drabi ti?i msieħbha ma' ambjent xott u abitat ta' kwa?i de?ert jew de?ert fil-Lbi? tal-kontinent Amerikan tan-naħa ta' fuq, tgħix ukoll f'ambjenti anqas xotti bħal foresti tal-pinu-?unipru.

Il-Fenek ta' denbu qotni tad-de?ert huwa simili ħafna fl-apparenza tal- Fenek Ewropew , biss dan għandu widnejn akbar u normalment i?ommhom aktar wieqfa. Dan id- denb qotni huwa ħafn' anqas so?jali mill- Fenek Ewropew u jagħmel anqas u?u ta' bejtiet taħt l-art ukoll.

Bħall- Fniek ta' denbhom qotni kollha l-oħra, il- Fenek ta' denbu qotni tad-de?ert għandu denbu ?ej fit-tond bil-pil abjad fuq in-naħa ta' taħt li jidher sew meta jkun qiegħed jaħrab (fenek ta' din l- ispe?i kapa?i ji?ri b'velo?ita ta' 30 kilometru fis-siegħa). Dan huwa fenek ta' lewn ?ar ta' kulur gri? fil-kannella, li jsir kwa?i totalment abjad fuq in-naħa ta' taħt ta?-?aqq. Denb qotni tad-de?ert adult għandu tul ta' bejn 33 u 43 ?entimetru u ji?en sa 1.5 kilogrammi. Il-widnejn twal normalment ikunu bejn 8 u 10 ?entimetri u s-saqajn kbar ta' wara jilħqu s-7.5 ?entimetri. Bejn is-sessi m' hemmx dimorfismu sesswali kbir, i?da in-nisa għandhom tendenza li jkunu ftit akbar mill-ir?iel, biss waqt li l-arja territorjali tan-nisa tkun ta' bejn wieħed u ieħor 4,000 m², tal-ir?iel kapa?i tlaħħaq 'il fuq minn 60,000 m².

Il- Fenek ta' denbu qotni tad-de?ert għalkemm huwa fenek dijurnu jew attiv matul il-?urnata jiskarta is-sigħat sħan ta' nofs il-jum. Il-bi??a l-kbira tad-dieta tikkonsisti minn ħaxix i?da jiekol ħafna varjeta ta' pjanti ukoll, saħansitra kaktus. Dan id- denb qotni rarament jixrob għax il-likwidi kollha li għandu b?onn isibhom fil-pjanti li jiekol.

Dan id- denb qotni fejn l-abbundanza ta' ikel u l-klima jippermettu dawn jipprodu?u kemm il-boton fis-sena. I?-?rame? għalkemm jitwieldu għomja u bla pil, l-omm tpo??ihom f'ħofra xejn fonda jew f'bejta qalb il-ħaxix mal-art u ma jitilqux minn hemm qabel 3 ?imgħat. Il-Fenek ta' denbu qotni tad-de?ert għalkemm ma jiffurmax u ma jaqsamx bejtiet so?jali taħt l-art ma' individwi oħra, meta mqabbel ma' spe?i ta' leporidi oħra huwa relativament tolleranti lejn membri tal-istess spe?i li jkunu fil-qrib.

Distribuzzjoni [ immodifika | immodifika s-sors ]

Il- Fenek ta' denbu qotni tad-de?ert jgħix fi?-?entru tal- Istati Uniti mil-Lvant tal- Montana sa fil-Punent tat- Texas u fit-Tramuntana tal- Messiku . Lejn il-Punent jinsab jgħix fi?-?entru ta' Nevada u fin-Nofs in-nhar ta' California u Baja California . Dan id- denb qotni jgħix sa ogħli ta' 'l fuq minn 2000 metru.

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

Ħoloq esterni [ immodifika | immodifika s-sors ]