한국   대만   중국   일본 
Dimitar Berbatov - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

Dimitar Berbatov

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Dimitar Berbatov
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Dimitar Ivanov Berbatov
Twelid 30 ta' Jannar 1981 ( 1981-01-30 ) (43 sena)
Blagoevgrad , Bulgarija
Tul 1.89 m
Rwol Attakkant
Mixtliet
1991?1998 Pirin Blagoevgrad
1998 CSKA Sofia
Karriera professjonali
Snin Klabb
1998?2001 CSKA Sofia
2001?2006 Bayer Leverkusen
2006?2008 Tottenham Hotspur
2008?2012 Manchester United
2012?2014 Fulham
2014?2015 Monaco
2015?2016 PAOK
2017?2018 Kerala Blasters
Tim nazzjonali
1999?2010 Bulgarija

Dimitar Ivanov Berbatov (bil- Bulgaru : Димитър Иванов Бербатов; twieled fit-30 ta' Jannar 1981) huwa eks-plejer tal- futbol Bulgaru . Hu hu r-rebbieħ għal seba' darbiet tal- Plejer Bulgaru tas-Sena .

Bijografija [ immodifika | immodifika s-sors ]

Missier Berbatov, Ivan, kien futboler professjonali mat-tim lokali ta' Pirin Blagoevgrad , u ommu, Margarita, kienet ukoll professjonista fil-logħba tal-ħendbol. Bħala tfajjel, Berbatov kien i?omm mal- Milan u bħala mudell kellu lil Marco van Basten , sakemm waqt il- Kampjonati Ewropej tal-1996 li ?vol?ew ?ewwa l- Ingilterra , Berbatov, ta' ħmistax-il sena skopra l-mudell il-?did tiegħu u dan kien Alan Shearer , [1] li kien jilgħab ma' Newcastle United . Berbatov saħanistra kien jorqod bil-flokk ta' Newcastle. Ommu wara kienet stqarriet bil-ħolma li Berbatov kellu li xi darba jilgħab ma' Newcastle. [2]

Karriera [ immodifika | immodifika s-sors ]

Bidu tal-karriera [ immodifika | immodifika s-sors ]

Il-karriera ta' Berbatov bdiet fil-klabb ta' Pirin Blagoevgrad, u kompla sakemm laqat għajn il-kow? Dimitar Penev .

CSKA Sofia [ immodifika | immodifika s-sors ]

Ta' sbatax-il sena biss Berbatov sab ruħu ma' CSKA Sofia fejn segwa l-passi ta' missieru, Ivan, li lagħab ukoll għall-klabb bħala midfilder xellugi u aktar tard bħala difensur. Hu lagħab ma' CSKA fil- kampjonat Bulgaru bejn l-1998 u Jannar tal-2001 fejn iddebutta fl-ista?un 1998?99 bħala ?agħ?ugħ ta' tmintax-il sena. Fl-ista?un ta' wara, hu ħalla impressjoni kbira meta skorja 14-il gowl f'27 logħba u rebaħ ukoll it- Tazza tal-Bulgarija fl-1999.

Bayer Leverkusen [ immodifika | immodifika s-sors ]

Serje po?ittiva ta' disa' gowls fi ħdax-il logħba fl-ista?un 2000?01 kien bi??ejjed biex jipperswadu lil Bayer Leverkusen biex jiksbuh f'Jannar tal-2001. Berbatov beda kemmxejn bil-mod l-avventura tiegħu fil-?ermanja b'sittax-il gowl f'67 apparenza mal-klabb. Madankollu hu kellu rwol kru?jali fi?- Champions League matul l-ewwel sta?un mal-klabb fejn skorja gowl memorabbli kontra Lyon , u gowl ieħor fil-kwarti tal-finali kontra Liverpool . Hu kellu wkoll parti fil-finali kontra Real Madrid fejn daħal bħala sostitut għal Thomas Brdaric wara 38 minuta.

Fl-ista?un 2001?02 Leverkusen spi??aw fit-tieni post tal- Fußball-Bundesliga u t- Tazza tal-?ermanja . Fl-ista?un ta' wara Berbatov stabilixxa ruħu bħala l-ewwel għa?la fl-attakk ta' Bayer Leverkusen imma kien fl-ista?un 2003?04 li beda jibrilla fejn skorja 16-il gowl minn 24 partita. I?-?ew? sta?uni su??essivi rawh jikber fit-talent fejn skorja 46 gowl li jinkludu ħamsa fil- Champions League 2004?05 , fejn beda jattira diversi timijiet Ewropej.

Tottenham Hotspur [ immodifika | immodifika s-sors ]

Diversi spekulazzjonijiet fuq il-futur tiegħu bdew jikbru, u f'Mejju tal-2006, Berbatov finalment iffirma mat-tim tal- Premier League Tottenham Hotspur għal somma ta' 16-il miljun, [3] fejn b'hekk sar l-aktar plejer Bulgaru fl-istorja li jiswa'. Wara li ngħata l-permess tax-xogħol hu ngħaqad ma' Tottenham nhar l-1 ta' Lulju 2006.

Berbatov skorja l-ewwel gowl kompetittiv ?ew? minuti biss fid-debutt ?ewwa daru fil-logħba tal-Premiership kontra Sheffield United ?ewwa White Hart Lane . Flimkien ma' Robbie Keane hu fforma koppja promettenti fit- Tazza UEFA sakemm ?ew eliminati minn Seville fil-kwarti tal-finali, u minkejja l-istil ta' Martin Jol li jagħmel rotazzjoni tal-plejers, Berbatov stabilixxa ruħu bħala l-ewwel għa?la. Hu skorja ħames gowls f'erba' logħbiet matul il-fa?i tal-gruppi tat-Tazza UEFA, bil-prestazzjonijiet tiegħu jagħtuh ?ew? unuri tal-Plejer tal-Partita kontra Besiktas u Club Brugge.

Minkejja l-forma tajba li kellu fl-Ewropa, Berbatov ħa ?-?mien qabel ma adatta fil-Premiership. Madanakollu, hu beda bil-mod il-mod jikseb il-forma li wera fi?-?mien li qatta ma' Leverkusen bi prestazzjoni e??ellenti kontra Wigan , fejn skorja wieħed u ħoloq i?-?ew? gowls l-oħra fir-rebħa ta' 3?1. Nhar id-9 ta' Di?embru, 2006, Berbatov skorja l-ewwel doppjetta tiegħu għal Tottenham fir-rebħa ta' 5?1 kontra Charlton Athletic . L-ewwel gowl ta' Berbatov barra minn White Hart Lane wasal f' Goodison Park kontra Everton , minn passa?? ta' Aaron Lennon . Spurs rebħu din il-logħba 2?1.

Berbatov u Robbie Keane ?ew imsemmija bħala r-rebbieħa tal-unur tal-Plejer tax-Xahar ta' April, fejn saru l-ewwel plejers li qasmu dan l-unur minn mindu Dennis Bergkamp u Edu ta' Arsenal rebħu l-unur lura fi Frar tal-2004. Berbatov għalaq l-ista?un 2006?07 bi 12-il gowl minn 33 dehra fil-Premier League, u għamel ħdax-il assist.

Minħabba l-prestazzjonijiet impressjonanti, spe?jalment fl-aħħar nofs tal-ista?un, hu rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena ta' Tottenham Hotspur għall-ista?un 2006?07 . Berbatov kien ukoll inklu? fit- Tim tas-Sena tal-Premier League fil-21 ta' April 2007, fejn kien biss wieħed fost tliet plejers li kienu ?ejjin minn timijiet oħra barra r-rebbieħa tal-kampjonat Manchester United (it-tnejn l-oħra kienu Steven Gerrard u Didier Drogba ). L-ewwel tripletta tiegħu fil-Premier League waslet fid-29 ta' Di?embru 2007 meta skorja erba' gowls fir-rebħa ta' 6?4 fuq Reading .

L-ewwel finali ta' tazza li lagħab ma' Tottenham kien fl-24 ta' Frar 2008 meta lagħab fil- League Cup ?ewwa Wembley Stadium fejn kontra Chelsea skorja l-gowl li ppare??a l-iskor grazzi għal penalty. Tottenham ħar?u rebbieħa 2-1 wara l-ħin supplementari, b'Berbatov jikseb l-ewwel trofew fil-futbol Ingli?. [4] Berbatov għalaq l-ista?un bi ħmistax-il gowl fil-kampjonat, b'total ta' 23 gowl u 11-il assist bħall-ista?un pre?edenti.

L-ista?un 2008-09 beda f'?irkustanzi fejn Berbatov wera x-xewqa għal aktar kompetizzjoni. Il-plejer spi??a bejn ħalltejn, b'diversi għajdut fuq offerta sostanzjali min-naħa ta' Manchester United u anki minħabba li ma ?iex magħ?ul mal-iskwadra għall-partita kontra Sunderland [5] u Chelsea .

Manchester United [ immodifika | immodifika s-sors ]

Berbatov bil-flokk ta' United

Wara spekulazzjoni kbira fuq il-futur tiegħu, Berbatov kompla l-passa?? tant mixtieq lejn Manchester United fl-aħħar ?urnata ta' trasferimenti, l-1 ta' Settembru 2008, għal somma ta' madwar £30.75 miljun, bi Fraizer Campbell jingħaqad ma' Tottenham b'self għal sta?un bħala parti min-negozjati. [6] Berbatov ingħata kuntratt ta' erba' snin, u ħa l-flokk numru disgħa li qabel kien milbus minn Louis Saha.

Id-debutt ta' Berbatov wasal fid- derby tal-Ingilterra kontra Liverpool fejn immarkah b'assist lejn l-Ar?entin Carlos Tevez . L-ewwel doppjetta tiegħu waslet fil-fa?i tal-gruppi tal- UEFA Champions League meta United barra minn darhom rebħu 3?0 lil Aalborg BK nhar it-30 ta' Settembru 2008. L-ewwel gowl fil- kampjonat wasal nhar it-18 ta' Ottubru 2008 fejn skorja t-tielet gowl fir-rebħa ta' 4?0 fuq West Bromwich Albion . L-ewwel gowl ta' Berbatov fil-ftuħ tas-sena l-?dida wasal kontra Chelsea fejn f'Old Trafford United rebħu 3?0, waqt li fil-partita kontra Bolton Wanderers , skorja l-gowl rebbieħ lejn tmiem il-logħba, gowl li tefa' lil Manchester United fl-ewwel post tal-klassifika.

L-ewwel gowl tal- ista?un 2009?10 wasal fit-22 ta' Awwissu 2009, meta skorja t-tieni gowl fir-rebħa ta' 5?0 kontra Wigan Athletic . Wara prestazzjoni tajba kontra Wolfsburg fi?-Champions League, [7] tliet ijiem wara skorja gowl b'rovexxata kontra Sunderland . Wara li fil-31 ta' Ottubru skorja gowl kontra Blackburn sofra minn problemi fi?i?i li ħallewh barra mil-logħob għal xahar. Id-disa' gowl tiegħu fil-Premier League kontra Everton fisser li Berbatov kien skorja ħames gowl fl-aħħar ħames logħbiet mal-ewwel ħdax. Fis-27 ta' Marzu 2010, Berbatov skorja l-ewwel doppjetta tiegħu mal-klabb fir-rebħa barra minn darhom bl-iskor ta' 4?0 kontra Bolton Wanderers .

Berbatov beda t-tielet sta?un mal-klabb meta skorja fit-92 minuta fir-rebħa ta' 3?1 kontra Chelsea fl- FA Community Shield . Tmient ijiem wara hu skorja l-ewwel gowl personali u tal-klabb għall-ista?un fir-rebħa ta' 3?0 kontra Newcastled United fil-ftuħ tal-ista?un. Fid-19 ta' Settembru 2010, waslet l-ewwel tripletta tiegħu mal-klabb fir-rebħa kontra r-rivali eterni Liverpool . Din kienet l-ewwel tripletta minn plejer ta' Manchester United kontra Liverpool f'64 sena, minn meta Stan Pearson wettaq l-istess pass fl-1946. [8] Berbatov għamel il-100 dehra tiegħu mal-klabb fid- derby ta' Manchester tal-10 ta' Novembru. Fil-25 ta' Novembru, Berbatov ?ie mni??el fost sitt plejers oħra tal-United f'lista provi?orja ta' 55 plejer għall- FIFPro World XI 2010. Nhar is-27 ta' Novembru, Berbatov irnexxielu jilħaq rekord tal-Premier League meta skorja ħames gowls fir-rebħa ta' 7?1 kontra Blackburn , fejn irnexxielu jilħaq dan ir-rekord miksub minn Andrew Cole , Alan Shearer u Jermaine Defoe (u sar l-ewwel wieħed li mhux Ingli? li laħaq dan it-tragward). [9] Fl-20 ta' Di?embru, Berbatov ingħata s-seba' unur tiegħu tal- Plejer Bulgaru tas-Sena .

L-ewwel gowls għall-2011 kienet it-tielet tripletta tal-ista?un fir-rebħa ta' 5?0 fuq Birmingham City fit-22 ta' Jannar. Berbatov b'hekk sar l-ewwel plejer tal-United li skorja tliet tripletti fi sta?un wieħed minn mindu Ruud van Nistelrooy wettaq dan il-pass fl- ista?un 2002?03 . Hu spi??a l-ista?un bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat flimkien ma' Carlos Tevez u kien imni??el fit-Tim tas-Sena tal-PFA għall-ista?un 2010?11.

Fulham [ immodifika | immodifika s-sors ]

Fil-31 ta' Awwissu 2012, kien tħabbar li Berbatov kien iffirma kuntratt ta' sentejn ma' Fulham għal tariffa mhux ?velata. [10] Huwa għamel id-debutt tiegħu fil-kampjonat l-għada, f'telfa ta' 3?0 kontra West Ham United , li qam minn fuq il-bank għal Fulham fit-tieni taqsima. Fil-15 ta' Settembru, huwa għamel id-debutt tiegħu f'darhu u skorja darbtejn fir-rebħa 3-0 kontra West Bromwich Albion . [11] Fis-27 ta' Ottubru, hu skorja t-tielet gowl ma Fulham li spi??aw fid-drp ta' barra minn darhom kontra Reading . Fl-10 ta' Novembru, Berbatov lagħab 90 minuta kontra Arsenal , f'logħba fejn huwa għamel assist u skorja darbtejn għal dro oħra ta' 3-3. [12]

Wara li skorja kontra s- Southampton fis-26 ta' Di?embru, 2012, Berbatov kixef il-flokk tiegħu ji?vela l-kliem keep calm and pass me the ball bil-miktub fuq il-flokk ta' taħt ? kien att li qala karta safra u wkoll qala kelma mill-mani?er Martin Jol , li ħaseb dak l-attakkant tiegħu li għamel kien Bad decision by the player . Fl-1 ta' Jannar 2013, Berbatov skorja l-ewwel gowl fil-Premier League tas-sena l-?dida meta fetaħ il-punte?? barra minn darhu kontra West Bromwich Albion f'rebħa importanti ta' 2-1 għal Fulham. [13] Fit-30 ta' Jannar 2013, f'għeluq sninu, hu skorja l-ewwel fir-rebħa ta' 3-1 kontra West Ham United . [14]

Statistika [ immodifika | immodifika s-sors ]

Statistika korretta sat-30 ta' Jannar 2013 [15]

Klabb Sta?un Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn [a] Total
Pre? Gowls Pre? Gowls Pre? Gowls Pre? Gowls Pre? Gowls Pre? Gowls
CSKA Sofia 1998?99 11 3 5 3 ? 0 0 0 0 16 6
1999?00 27 14 4 2 ? 2 0 0 0 33 16
2000?01 12 8 0 0 ? 4 7 0 0 16 15
Total 50 25 9 5 ? 6 7 0 0 65 37
Bayer Leverkusen 2000?01 6 0 0 0 0 0 0 0 0 0 6 0
2001?02 24 8 6 6 0 0 11 2 0 0 41 16
2002?03 24 3 0 0 0 0 7 2 0 0 31 5
2003?04 33 16 3 3 0 0 0 0 0 0 36 19
2004?05 33 20 1 1 0 0 10 5 0 0 44 26
2005?06 34 21 2 3 0 0 2 0 0 0 38 24
Total 154 68 12 13 0 0 30 9 0 0 196 90
Tottenham Hotspur 2006?07 33 12 5 3 3 1 8 7 0 0 49 23
2007?08 36 15 2 2 6 1 8 5 0 0 52 23
2008?09 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 0
Total 70 27 7 5 9 2 16 12 0 0 102 46
Manchester United 2008?09 30 9 3 1 0 0 9 4 0 0 42 14
2009?10 33 12 1 0 2 0 6 0 1 0 43 12
2010?11 32 21 2 0 0 0 7 0 1 1 42 21
2011?12 12 7 1 0 3 1 4 1 1 0 21 9
Total 108 48 7 1 5 1 26 5 3 1 149 56
Fulham 2012?13 22 9 2 0 0 0 ? ? 24 9
Total 24 11 2 0 0 0 ? ? 24 9
Total fil-karriera 405 181 39 24 18 3 79 33 3 1 543 248
Noti
  1. ^ Tinkludi kompetizzjonijiet oħrajn, fosthom l- FA Community Shield , is- Super Cup Ewropea , it- Tazza Interkontinentali , u t- Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs .

Unuri [ immodifika | immodifika s-sors ]

Klabb [ immodifika | immodifika s-sors ]

CSKA Sofia
Tottenham
Manchester United

Individwali [ immodifika | immodifika s-sors ]

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

  1. ^ "No dream duel for Berbatov" (bl-Ingli?). UEFA . 2003-02-18.
  2. ^ Blackburn, Martin (2007-10-20). "Toon-mad Berbatov slept in Shearer shirt" (bl-Ingli?). The Sun . Mi?bur 2018-12-30 .
  3. ^ "Nine for Berbatov" . tottenhamhotspur.com (bl-Ingli?) . Mi?bur 2008-12-30 .
  4. ^ Jonathan Stevenson (2008-02-24). "Tottenham 2-1 Chelsea" (bl-Ingli?). BBC Sport . Mi?bur 2008-12-31 .
  5. ^ "Match Squad Update" (bl-Ingli?). Tottenham Hotspur. 2008-08-23 . Mi?bur 2008-12-31 .
  6. ^ "Man Utd complete Berbatov switch" (bl-Ingli?). BBC Sport. 2008-09-01 . Mi?bur 2008-12-31 .
  7. ^ Richard Jolly (2009-09-30). "Berbatov takes his chance" (bl-Ingli?). ESPN Soccernet . Mi?bur 2010-07-18 .
  8. ^ "Liverpool sunk by Berbatov hat-trick" (bl-Ingli?). CNN. 2010-09-19 . Mi?bur 2010-09-19 .
  9. ^ Chowdury, Saj (2010-11-27). "Man Utd 7?1 Blackburn" (bl-Ingli?). BBC . Mi?bur 2010-11-27 .
  10. ^ "Berbatov Signs For Fulham" (bl-Ingli?). Fulham FC . Mi?bur 2012-08-31 .
  11. ^ "Fulham 3?0 West Brom" . BBC Sport (bl-Ingli?). British Broadcasting Corporation (BBC). 2012-09-15 . Mi?bur 2012-09-15 .
  12. ^ "Arsenal 3?0 Fulham" . BBC Sport (bl-Ingli?). British Broadcasting Corporation (BBC). 2012-11-10 . Mi?bur 2012-11-10 .
  13. ^ "Caption This: Dimitar Berbatov's 'Keep Calm' shirt" (bl-Ingli?). inside World Soccer. 2012-12-17.
  14. ^ Fulham 3 West Ham United 1: match report (The Telegraph)
  15. ^ "Dimitar Berbatov" (bl-Ingli?). StretfordEnd.co.uk . Mi?bur 2008-12-31 .

Ħoloq esterni [ immodifika | immodifika s-sors ]