한국   대만   중국   일본 
Daniele Bonera - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

Daniele Bonera

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Daniele Bonera
Informazzjoni personali
Twelid 31 ta' Mejju 1981 ( 1981-05-31 ) (43 sena)
Brescia , Italja
Tul 1.83 m
Rwol Difensur
Mixtliet
1995-1999 Brescia
Karriera professjonali
Snin Klabb
1999?2002 Brescia
2002?2006 Parma
2006?2015 Milan
2015?2019 Villarreal
Tim nazzjonali
2001?2004 Italy U-21
2001-2008 Italja

Daniele Bonera (twieled fil-31 Mejju 1981) huwa eks-plejer tal- futbol Taljan li kien jilgħab bħala difensur. Attwalment jinsab fir-rwol ta' assistent ma' Milan .

Karriera [ immodifika | immodifika s-sors ]

Bonera beda l-karriera tiegħu fl-1995 fl-akkademja ta' Brescia . Iddebutta mal-ewwel tim fl-ista?un 1999?2000 u magħhom lagħab total ta' 72 logħba fi tliet sta?uni.

F'Lulju tal-2002 iffirma kuntratt ma' Parma u lagħab 32 logħoba u skorja gowl wieħed matul l-ewwel sta?un tiegħu fl-2002?03. B'kollox lagħab 98 logħba, hekk kif fit-28 ta' Lulju 2006 ingħaqad ma' Milan .

Daniele Bonera u Mesut Ozil waqt logħba kontra Real Madrid

Id-debutt ta' Bonera fil- UEFA Champions League kien kontra Anderlecht , fis-17 ta' Ottubru 2006, fejn kien imke??i wara li kien muri darbtejn il-karta s-safra. Wara li sabha diffi?li jilgħab bħala difensuri lemini huwa beda jilgħab f'nofs id-difi?a, anke minħabba li Milan kellhom ħafna difensuri ?entrali imwe??għin, spe?jalment wara l-akkwist ta' Massimo Oddo minn ma' Lazio . Bonera kellu prestazzjonijiet konvin?enti bħala difensur ?entrali u għalhekk kien wieħed mill-aħjar plejers għall-Milan. F'Settembru tal-2009 ?edded il-kuntratt tiegħu ma' Milan sa April tal-2013.

Wara li kien imwe??a għal għaxar xhur, Bonera irritorna kontra Novara fl-logħba mill- Coppa Italia fit-13 ta' Jannar 2010. Minħabba li Milan kellhom lil Alessandro Nesta u lil Thiago Silva jilgħabu bħala difensuri ?entrali, Bonera re?a' beda jilgħab bħala difensur fuq in-naħa tal-lemin. Bonera din id-darba kellu prestazzjonijiet tajbin anke fuq il-faxxa laterali.

Internazzjonali [ immodifika | immodifika s-sors ]

Bonera lagħab sittax-il logħba mat- tim nazzjonali Taljan . Id-debutt tiegħu kien fil-5 ta' Settembru 2001 meta kellu għoxrin sena f'logħba kontra l- Marokk .

Fl-2006 kien magħ?ul minn Marcello Lippi fil-lista provi?orja ta' qabel it- Tazza tad-Dina 2006 bħala wieħed mill-erba' riservi. Eventwalment kien esklu? mil-lista tal-aħħar 23 plejer.

Wara li kien ingħaqad ma' Milan, mis-sena 2006, huwa dejjem kien parti mill-grupp tat-tim nazzjonali taħt it-tmexxija ta' Donadoni u Lippi, imma mhux dejjem kien ji?i magħ?ul għal-logħob minħabba problemi fi?i?i.

Ħoloq esterni [ immodifika | immodifika s-sors ]