Charles Casha

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa

Charles Casha
Ħajja
Twelid Marsa , 21 Settembru 1943 (80 sena)
Nazzjonalita Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb

Carmel Casha (magħruf aktar bħala Charles ) (21 ta’ Settembru, 1943, il- Marsa - ) hu kittieb Malti.

Carmel Casha kien it-tieni wieħed fost tliet subien, Charles trabba f’ambjent ta’ wara l-gwerra, meta t-toroq tagħna kienu mingħajr traffiku u t-triq kienet id-dinja ?kejkna ta’ dawk li kienu joqogħdu fiha. Kienet dinja differenti li Charles pin?a fl-istejjer tiegħu li dehru fit-tliet kotba: Minn Tarf sa Tarf tat-Triq , Minn fuq L-Għatba u Mill-Gallarija . Jistqarr li l-kitba għat-tfal hija gost li jieħdu f’dinja oħra, kultant id-dinja tat-tfulija u kultant id-dinja tal-fantasija. Imma meta jikteb għall-kbar huwa jħossu qrib ħafna tar-realta. ? Fl-2002, Il-Kunsill, Għalliema u Studenti fl-Iskola Maria Goretti, taw ?ieħ lil Charles Casha, waqt ?erimonja f’Jum L-Ilsien Malti. L-iskola wriet l-apprezzament tagħha għad-drammi li Casha kiteb biex jittellgħu mill-istudenti tal-istess skola. Fl-2007 Charles Casha ngħata ?ieħ il-Marsa mill-Kunsill Lokali tal-Marsa għas-sehem tiegħu fil-letteratura Maltija. Fl-2013 huwa ngħata wkoll ?ieħ Ħa?-?abbar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħa?-?abbar. Fl-2014 huwa ngħata apprezzament mill-Għaqda Storika Kulturali Marsa għall-ħidma fil-qasam tal-letteratura Maltija. Fl-2012 Casha ?ie onorat bil-Midalja Għall-Qadi tar-Reppubblika.