Attakki tal-11 ta' Settembru

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
?abra ta' ritratti tal-attakki tal-11 ta' Settembru

L- attakki tal-11 ta' Settembru (imsejħin fil-qasir "9/11"), kienu serje ta' erba' attakki suwi?idi koordinati mmirati lejn siti spe?ifi?i fil- Belt ta' New York u f' Washington , l- Istati Uniti , nhar il-11 ta' Settembru 2001.

F'dik il-għodwa, 19-il terrorista mill-grupp I?lamiku militanti al-Qaeda [1] [2] [3] ħatfu erba' ajruplani tal-passi??ieri fi triqithom lejn San Francisco u Los Angeles wara li dawn telqu minn Boston , Newark , u Washington . Il-pirati tal-ajru ħabtu intenzjonalment ?ew? ajruplani fit-Twin Towers tal- World Trade Center fil-Belt ta' New York. Fid-08:46, l-ajruplan tat-titjira 11 tal- American Airlines daħal fit-Torri tat-Tramuntana, u fid-09:03 l-ajruplan tat-titjira 175 tal- United Airlines daħal fit-Torri tan-Nofsinhar; i?-?ew? torrijiet waqgħu sagħtejn wara l-impatt tal-ajruplani. Il-pirati tal-ajru ħabtu t-tielet ajruplan tat-titjira 77 tal- American Airlines fid-09:37 fil- Pentagon f'Arlington, Virginia. Meta l-passi??ieri ppruvaw jieħdu kontroll tar-raba' ajruplan tat-titjira 93 tal- United Airlines , dan ħabat fl-10:03 ta' filgħodu f'għalqa qrib Shanksville, Pennsylvania , u hekk ma tħalliex jasal għall-mira tiegħu f'Washington, probabbilment il- Capitol jew il- White House . Mietu kwa?i 3,000 ruħ f'dawn l-attakki.

Is-suspetti mill-ewwel waqgħu fuq al-Qaeda, u fl-2004, il-mexxej tal-grupp Osama bin Laden , li fil-bidu ?aħad l-involviment tiegħu, ħa r-responsabbilta għall-attakki. [4] Al-Qaeda u Bin Laden qalu li l-attakki saru minħabba l-appo?? Amerikan lil I?rael , il-pre?enza tat-truppi Amerikani fl- Arabja Sawdija , u s-sanzjonijiet kontra l- Iraq . L-Istati Uniti wie?bu għall-attakki tal-11 ta' Settembru bil-Gwerra Kontra t-Terrori?mu (bl- Ingli? : War on Terror) , meta invadew l- Afganistan biex ineħħu lit- Talibani , li kienu qed jaħbu għandhom lill-membri tal-Al-Qaeda. Ħafna pajji?i ħarrxu l-li?ijiet tagħhom kontra t-terrori?mu. F'Mejju 2011, Bin Laden instab u nqatel. [5]

Kronolo?ija tal-?rajjiet [ immodifika | immodifika s-sors ]

  • 08.46 : l-ajruplan maħtuf tat-titjira 11 tal- American Airlines tat-tip Boeing 767 bi 92 passi??ier u l-ekwipa?? abbord, minn mill-Ajruport Internazzjonali ta' Boston għal Los Angeles, ħabat fit-Torri tat-Tramuntana tal- World Trade Centre . L-ajruplan ħabat fit-torri fis-sulari 94 sa 98, imma l-kumplament tat-torri ma ?arrabx ħsarat immedjati.
  • 09.03 : l-ajruplan maħtuf tat-titjira 175 tal- United Airlines tat-tip Boeing 767 b'65 passi??ier u l-ekwipa?? abbord, mill-Ajruport Internazzjonali ta' Boston għal Los Angeles, ħabat fit-Torri tan-Nofsinhar tal- World Trade Centre . L-ajruplan ħabat fis-sulari 78 sa 84 u sar fjamma waħda u qered diversi kolonni strutturali fit-torri li, madankollu, ma kkrollax immedjatament. Bdew ħer?in dħaħen minn diversi sulari tat-Torri tat-Tramuntana. Hekk kif id-dħaħen kbar bdew jinfirxu 'l isfel f'diversi sulari, ammont kbir ta' nies bdew jippreferu jaqb?u mit-twieqi tal-uffi??ji tagħhom għal isfel.
  • 09.40 : l-ajruplan maħtuf tat-titjira 77 tal- American Airlines tat-tip Boeing 757 b'64 passi??ier u l-ekwipa?? abbord, mill-Ajruport Internazzjonali ta' Dulles għal Los Angeles, ħabat fuq il-Pentagon u joqtol madwar 189 membru tal-militar u impjegati ?ivili li kienu fil-bini.
  • 09.45 : il-bini governattiv kollu fi New York ?ie evakwat. L-ajruporti kollha Amerikani ngħalqu mill-awtoritajiet. It-titjiriet internazzjonali ?ew ikkan?ellati jew devjati lejn il- Kanada u l- Karibew . Il-Bor?a ta' New York ingħalqet.
  • 09.50 : telefonata thedded li "issa jmiss lill-Air Force One", u b'hekk il-President George W. Bush ma tħalliex jirritorna fil- belt kapitali tas-Servizz Sigriet minħabba t-"theddida reali".
  • 10.05 : it-Torri tan-Nofsinhar tal- World Trade Centre ??arraf u nqatlu ħafna minn dawk li kienu salvaw fl-attakk inizjali fuq il-bini flimkien ma' madwar 420 membru tas-servizzi ta' emer?enza. It-torri kollu kkrolla f'għaxar sekondi.
  • 10.10 : l-ajruplan maħtuf tat-titjira 93 tal- United Airlines tat-tip Boeing 757 b'45 passi??ier u l-ekwipa?? abbord, mill-Ajruport Internazzjonali ta' Newark għal San Francisco, ħabat 130 kilometru minn Pittsburgh fil-Lvant ta' Pennsylvania, wara konfront bejn dawk li ħatfu l-ajruplan u xi passi??ieri.
  • 10.28 : it-Torri tat-Tramuntana tal- World Trade Centre ??arraf. Dan għaliex peress li l-ajruplan daħal fis-sulari ta' fuq u ?arrafhom, il-bini m?arraf beda nie?el fuq is-sulari ta' taħt, li ma felħux għall-pi? u sular beda jwaqqa' lill-ieħor ta' taħtu sakemm il-bini kollu waqa'.
  • 17.20 : il-Binja numru 7 tal- World Trade Centre , b'47 sular biswit it-tifrik tat-Twin Towers, i??arraf ukoll. Dan minkejja li dan il-bini ma kienx milqut minn xi ajruplan f'idejn it-terroristi. Wara snin ta' investigazzjoni dwar x'wassal għal dan il-kollass, l-Istitut Nazzjonali għall-Istandards u t-Teknolo?ija (bl-Ingli?: National Institute of Standards and Technology (NIST)), sab li s-sħana tremenda ta' fuq l-art dgħajfet kolonna strutturali ewlenija fil-Binja numru 7 tal- World Trade Centre u konsegwentement, il-binja kollha, ?ediet wara seba' sigħat.
  • 19.00 : il-President Bush irritorna f'Washington D.C. minn Florida.
  • 20.30 : i l-President Bush indirizza lill-poplu Amerikan f'xandira televi?iva mill-White House.

Jumejn wara l-attakk terroristiku, ħaddiema tas-salvata?? kienu għadhom qed ifittxu qalb il-fdalijiet tal- World Trade Centre bit-tama li jsibu xi persuni ħajjin.

Fatti u ?ifri [ immodifika | immodifika s-sors ]

  • Fi New York, it-twaqqigħ ta?-?ew? torrijiet tal-WTC ħalla 2,996 vittma.
  • Minn dawn 1,102 biss ?ew identifikati.
  • Instabu 289 katavru intatt.
  • L-eta tal-bi??a l-kbira tal-vittmi kienet bejn 35 u 39 sena.
  • Fost il-vittmi kien hemm 343 membru tal-korp tat-tifi tan-nar ta' New York. Inqas minn nofshom instabu.
  • Kien hemm ukoll 70 uffi?jal tal-pulizija minn diversi dipartimenti, fosthom 30 mill-Awtorita Portwali ta' New York.
  • Il-vittmi kienu jinkludu 189 persuna li mietu f'Washington meta ajruplan ?ivili twaqqa' fuq il-Pentagon u 44 persuna oħra li kienu fuq ir-raba' ajruplan.
  • 60 kumpanija differenti fil-World Trade Centre tilfu impjegati minn tagħhom.
  • In-nar fil-bini ta?-?ew? torrijiet dam jaqbad wieħed għal 56 minuta u l-ieħor għal 102 minuti.
  • Ingħataw 36,000 bor?a tad-demm li?-?entru tat-Trasfu?joni tad-Demm fi New York.
  • In-numru ta' tfal li tilfu wieħed mill-?enituri tagħhom qabe? it-3,100.
  • It-tbassir kien li b'kollox se tgħaddi madwar sena biex Ground Zero jitbattal għalkollox mit-ti?rif li kien hemm wara l-waqgħa ta?-?ew? torrijiet u xi bini ieħor fil-qrib. I?da fil-fatt din il-ħidma, li bdiet bħala waħda ta' salvata?? u li ma?-?mien inbidlet f'waħda ta' tindif, damet inqas. Fil-fatt ix-xogħol tlesta fi tmien xhur u 19-il ?urnata.
  • B'kollox minn Ground Zero, li hi zona ta' madwar 16-il ettaru, inħar?u 108,342 trakk ta' ti?rif. L-aħħar wieħed ħare? fit-30 ta' Mejju 2002.

World Trade Center [ immodifika | immodifika s-sors ]

Veduta tal- Istatwa tal-Liberta bit-Twin Towers qabel ?edew

Mibnija fis-snin sebgħin tas-seklu 20, it-Twin Towers tal- World Trade Centre kienu ddisinjati biex jirre?istu nirien normali u rwiefen qawwija anki f'livell ta' uragani. Skont xi rapporti, l-in?iniera tiegħu kienu jemmnu li l-bini kien kapa?i jirre?isti anki l-impatt ta' Boeing 707, u suppost b'ħabta ?o fih ta' ajruplan ta' dan it-tip, il-bini ma kellux jikkrolla. Imma l-ebda in?inier ma seta' qatt ikun preparat għal attakk vjolenti fil-bini bħal dak meta t-terroristi ħatfu ?ew? ajruplani jets, ħafna ikbar mill-Boeing 707, u tajruhom direttament għal fuq i?-?ew? torrijiet.

It-Twin Towers kienu l-ba?i tal-WTC u kienu l-ogħla bini fl-Istati Uniti: 1,350 pied. Kellhom 110 sulari kull wieħed, kellhom 43,000 tieqa, u 99 lift. Kienu msaħħa b'numru ta' ħitan tal-azzar. Kienu ?ew jiswew 750 miljun dollaru Amerikan. Kienu l-uffi?ju ta' 1,200 negozju, li kwa?i kollha kienu nvoluti f'kummer? internazzjonali. 50,000 ruħ kienu jaħdmu fihom. 90,000 ruħ kienu j?uruhom kuljum. Kienu ilhom mibnijin 25 sena, mill-1976.

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

  1. ^ Moghadam, Assaf (2008). The Globalization of Martyrdom: Al Qaeda, Salafi Jihad, and the Diffusion of Suicide Attacks . Johns Hopkins University Press. p. 48. ISBN 978-0-8018-9055-0 .
  2. ^ Livesey, Bruce (January 25, 2005). "Special Reports ? The Salafist Movement: Al Qaeda's New Front". PBS Frontline. WGBH educational foundation. Retrieved October 18, 2011.Geltzer, Joshua A. (2011). US Counter-Terrorism Strategy and al-Qaeda: Signalling and the Terrorist World-View (reprint ed.). Routledge. p. 83. ISBN 978-0415664523.
  3. ^ Wright, Lawrence (2006). The Looming Tower: Al-Qaeda and the Road to 9/11 . Knopf. ISBN 978-0-375-41486-2 . p. 79.
  4. ^ "Bin Laden Claims Responsibility for 9/11" . Fox News (bl-Ingli?). 2015-03-25 . Mi?bur 2021-09-11 .
  5. ^ Baker, Peter; Cooper, Helene; Mazzetti, Mark (2011-05-02). "Bin Laden Is Dead, Obama Says" (bl-Ingli?) . Mi?bur 2021-09-11 .