한국   대만   중국   일본 
Aaron Camilleri Cauchi - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

Aaron Camilleri Cauchi

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Aaron
Isem sħiħ Aaron Camilleri Cauchi
Twieled 12 ta' Marzu 1979 ( 1979-03-12 ) (45 sena)
Ori?ini Malta Fgura
Snin ta' attivita 1995?pre?ent

Aaron Camilleri Cauchi ( 12 ta' Marzu 1979 ) huwa artist Malti .

Karriera [ immodifika | immodifika s-sors ]

Camilleri Cauchi ?ej minn linja familjari ta' artisti li bdiet min-nannuh Wistin Camilleri u kompliet b'uliedu, fosthom missieru Alfred. Aaron twieled fit-12 ta' Marzu 1979 minn Alfred u Catherine mwielda Ellul.

Id-doni artisti?i ta' Aaron dehru sa minn ?kunitu u din is-sengħa tal-familja ntirtet minn misser għal iben. Minn eta ?għira huwa kien josserva u jgħin lil missieru fil-ħafna xogħlijiet artisti?i li ħoloq minn materjali differenti fosthom fit- tafal , fil- kartapesta , fil-fibreglass, fl- injam , fil- bron? , fil-?ebla Maltija u fl- irħam . Meta kiber, Aaron tħarre? aktar fis-sengħa tal-iskultura kif ukoll kellu l-opportunita li jaħdem ?ewwa l-Italja, proprju fid-Domus Dei ?ewwa Ruma u l-Fonderia Storica Chiurazzi f' Napli .

Għalkemm ta' eta ?għira, Aaron di?a ħoloq għadd kotran ta' xogħlijiet. Huwa ?ie kkumissjonat jaħdem numru kbir ta' statwi tal-kartapesta li j?ejnu l-pjazez u t-toroq tal-ibliet u l-irħula tagħna matul il-jiem ferrieħa tal-festi. Barra minn hekk, xogħlijiet oħra tiegħu jinsabu mxerrdin madwar l- Ewropa , l- Amerika u l- Awstralja . Apparti x-xeħta artistika li wiret min-niesu, ma tridx wisq biex tagħraf il-kapa?ita akkademika fil-kompo?izzjonijiet tiegħu, riflessa fl-istil u fl-ori?inalita bl-u?u tal-kuluri. Il-figuri ta' qaddisin, appostli, profeti, an?li u persona??i bibli?i li joħor?u minn taħt idejh jixhdu l-virtujiet tal-umilta, karita u ?ustizzja.

It-talenti ta' dan l-artist ?agħ?ugħ jispikkaw fix-xogħlijiet relatati mal-?imgħa Mqaddsa. Dan għaliex huwa ħadem numru ta' figuri lifesize tal-fibreglass sabiex jintu?aw f'wirjiet diversi li jittellgħu f'dan i?-?mien qaddis. Fost dawn l-esebizzjonijiet, ta' min isemmi l-Mejda tal-Appostli fil- Belt Valletta , il-Ħasil tar-Ri?lejn fil- Gudja u t-Tradiment ta' ?uda f' San ?iljan . Bejn l-2007 u l-2009, Camilleri Cauchi kien ikkummisjonat sabiex jaħdem tliet statwi tal-kartapesta għall-Katidral ta' San ?or? f' Ragusa fi Sqallija . Dawn jirrapre?entaw id-Duluri, is-Sepulkru Mqaddes u l-Irxoxt. Imma l-aktar xogħlijiet ri?enti ta' Aaron li sawwar flimkien ma' missieru Alfred, relatati mal-?imgħa l-Kbira, saru għall-parro??a ta' Ħal Għaxaq . Dan għaliex fis-sena 2010 u fl-2011, tnaqqxu fl-injam ?ew? vari artisti?i li juru lil ?esu marbut mal-kolonna u l-Ecce Homo rispettivament.

Camilleri Cauchi jispe?jalizza wkoll fix-xogħol ta' konservazzjoni u restawr. Fl-1999 Aaron irrestawra l-vari antiki tal-?imgħa l-Kbira li jinsabu fil-Knisja Katidrali ta' Għawdex. Dawn l-istatwi tal-kartapesta nħadmu min-nannuh Wistin Camilleri u minn Saverio Laferla, u wħud minnhom imorru lura sa tliet mitt sena. Fis-sena 2001, Aaron kellu sehem importanti fir-restawr tal-istatwa titulari ta' Santa Marija li nsibu fil-Katidral ta' Għawdex filwaqt li fl-2003, huwa rrestawra statwa tal-injam tal-Immakulata Kun?izzjoni li tinsab fil-knisja parrokjali ta' San Romano fil-belt ta' Ruma.

Fis-sajf tas-sena 2011, Camilleri Cauchi rrestawra l-vara titulari u devota tal-Madonna tal-Grazzja li nsibu fil-parro??a ta' Ħa?-?abbar . Matul il-pro?ess ta' restawr, huwa rnexxielu joħro? l-karatteristi?i ori?inali tal-istatwa, li nħadmet mill-Artist Mariano Gerada. Proprju fil-bidu tas-sena 2012, Aaron irrestawra vara tal-injam li tirrapre?enta lil Marija Bambina jew il-Vitorja, kif inhi magħrufa aħjar mal-Maltin. Din tinsab fil-Knisja ta' San Fran?isk t'Assisi f'Warrawong ?ewwa Sydney , l-Awstralja.

Mill-1995 sal-2004, Camilleri Cauchi kien responsabbli mix-xogħlijiet ta' restawr u konservazzjoni fis-swali prin?ipali ta' Palazzo Parisio, in- Naxxar . Dawn ix-xogħlijiet huma tal-artisti ta' fama internazzjonali Filippo Venuti, Antonio Cardona, G. Olzai u l-Professur Carlo Sada. Aaron irrestawra anke diversi xogħlijiet artisti?i antiki li jinsabu f'kollezzjonijiet privati.

Fl-2004, l-I?viluppi tal-Wirt Dinji, is-Sorijiet Dumnikani u l-Ar?idjo?esi tal-Port ta' Spanja, ikkummissjonaw lil Camilleri Cauchi sabiex iwettaq pro?ett fil-g?ejjer ta' Trinidad u Tobago li jinsabu fl-O?ean Atlantiku. Hemmhekk huwa kien responsabbli mir-restawr tal-Knisja tal-Isem Imqaddes, fejn irrestawra l-pitturi tal-ħitan kif ukoll iddekora s-soqfa b'induratura tad-deheb. Apparti minn hekk, huwa għallem dwar id-dekorazzjonijiet fil-knejjes, inklu? l-affreski mal-ħitan, is-sengħa tal-induratura, il-bini tal-istatwi u l-konservazzjoni tagħhom. Aaron kien ukoll il-kelliem ewlieni f'konferenza li fiha ddiskutew il-knejjes stori?i u l-patrimonju tagħhom.

B'rabta ma' ?mien il- Milied , nistgħu ngħidu li Aaron huwa l-uniku statwarju li ħadem ?ew? vari li jirrappre?entaw in-Nativita sabiex jintramaw fuq il-presbiterju tal-knejjes fi ?mien il-Milied. Dawn saru għall-Katidral t'Għawdex fl-2005 u fl-2011 għall-Knisja Ar?ipretali tal- Mosta .

Permezz tax-xogħlijiet tiegħu, Camilleri Cauchi pparte?ipa f'ħafna esebizzjonijiet lokali kif ukoll internazzjonali. Fost l-aktar importanti u ta' sodisfazzjoni, ta' min jgħid li fl-2008, Aaron kien mistieden jipprodu?i bi??a xogħol tal-arti relatata mat-tema tan-Nativita sabiex jirrapre?enta lil Malta fis-Sitt Esebizzjoni Internazzjonali Ewropea tal-Presepji. 'Il fuq minn tliet mija u ħamsin opra tal-arti maħdumin minn mitejn u ħamsin artist mill-Ewropa u Lvant Nofsani kienu esebiti għal aktar minn xahar fir-re?jun ta' Kalabrija ?ewwa l-Italja. Aaron kien fost l-aħjar disa' artisti li mbagħad intgħa?lu sabiex jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom fil- Parlament Ewropew .

Barra minn hekk, l-altoriljiev ta' Aaron Camilleri Cauchi ntgħa?el bħala l-aħjar skultura ta' din l-esebizzjoni. Dan rebbħu l-ewwel premju f'din il-kompetizzjoni presti?ju?a, li kien ippre?entat mill-Membru Parlamentari Ewropew l-Onorevoli Vittorio Prodi . I?-?erimonja saret fil-Parlament Ewropew nhar it-28 ta' Jannar 2009, taħt il-patro?inju tas-Sindku ta' Betlehem Dr. Victor Batsrseh u l-Vi?i-President tal-Parlament Ewropew l-Onorevoli Mario Mauro . Aaron kien ikkumissjonat jipprodu?i skultura oħra relatata mat-tema tan-Nativita sabiex waqt i?-?erimonja jippre?entaha lill-Onorevoli Mario Mauro bħala tifkira ta' dan l-avveniment. Din l-iskultura hija mi?muma b'għo??a ?ewwa l-Parlament Ewropew.

Fl-2010, Aaron ħa sehem f'esebizzjoni internazzjonali oħra li ttellgħet fi?-?entru ta' Londra. Xogħlu kien esebit qalb xogħlijiet ta' artisti minn kull naħa tad-dinja. Il-kuraturi tal-wirja, Prof. Alan Munslow u Dr. Chris Barlow, ma kellhomx ħlief kliem ta' tifħir għall-iskulturi li Camilleri Cauchi ppre?enta.

F'April tas-sena 2012, l-Artist Aaron Camilleri Cauchi tella' wirja retrospettiva ta' arti sagra bl-isem “Ruħ t'Artist”. Din ittellgħet fil-Kappella ta' San Fran?isk f'Ħal Qormi bl-għajnuna tal-Kumitat Festi Esterni San ?or? Martri. Ix-xbihat sagri esebiti mhux biss xeħtu dawl fuq ħajjet l-artist, i?da wkoll irriflettew l-ispiritwalita tiegħu. Il-wirja kienet taħt il-patro?inju distint tal-E.T. Dott. George Abela, President ta' Malta, u l-kuratur tal-wirja kien in-Nutar Manwel D Schembri. Il-vi?itaturi li ?aru l-wirja ngħataw katalgu dettaljat u illustrat li kien jinkludi artikli dwar l-arti f'Malta, l-artist innifsu u l-opri artisti?i esebiti. Din il-wirja kellha wkoll għan filantropiku għaliex matulha n?abru donazzjonijiet b'risq Puttinu Cares, li laħqu s-somma sabiħa ta' € 2,500.

Pre?entament, Aaron Camilleri Cauchi huwa mpjegat mal-Ministeru tar-Ri?orsi u Affarijiet Rurali fejn jaħdem bħala koordinatur ta' konservazzjoni fi ħdan ir-Rehabilitation Projects Office. Naturalment, huwa jaħdem ukoll bħala artist fil-bottega tiegħu li tinsab fil- Fgura .

Ħoloq esterni [ immodifika | immodifika s-sors ]