한국   대만   중국   일본 
?oni Stori?i ta' Baekje - Wikipedija Aqbe? għall-kontentut

?oni Stori?i ta' Baekje

Minn Wikipedija, l-en?iklopedija l-ħielsa
Il-pagoda tal-?ebel tat-Tempju ta' Mireuksa billejl

I?- ?oni Stori?i ta' Baekje huma grupp ta' monumenti li jinsabu fi tliet bliet tal- Korea t'Isfel : Gongju , Buyeo , u Iksan . Jori?inaw mill-aħħar perjodu tar- Renju ta' Baekje , li jirrappre?enta l-perjodu mill-475 sas-660 W.K., li kien wieħed mit-tliet renji li tkattru mit-18 Q.K . sas-660 W.K. Is-sit tni??el fil-lista tas- Siti ta' Wirt Dinji tal- UNESCO fl-2015 [1] u huwa magħmul minn tmien siti arkeolo?i?i . Dawn huma: il- Fortizza ta' Gongsanseong (公州 公山城) u l-oqbra rjali ta' Songsan-ri, b'rabta mal- belt kapitali tal-qedem ta' Ungjin, issa magħrufa bħala Gongju; il- Fortizza ta' Busosanseong (扶蘇山城) u l-binjiet amministrattivi ta' Gwanbuk-ri, it- Tempju ta' Jeongnimsa , l-oqbra rjali ta' Neungsan-ri u s-swar tal-belt ta' Naseong f'Sabi, issa magħrufa bħala Buyeo; u l- Palazz ta' Wanggung-ri u t- Tempju ta' Mireuksa f'Iksan, re?jun kapitali sussidjarju ta' Sabi.

Po?izzjoni [ immodifika | immodifika s-sors ]

I?-?oni Stori?i ta' Baekje jinsabu fir-re?jun bl-għoljiet tal-Punent ?entrali tal-Korea t'Isfel, fl-Iksansi Buyeogun f'Jeollabukdo, u f'Gongju-si f'Chungcheongnam-do.

Storja [ immodifika | immodifika s-sors ]

Sit Kulturali ta' Baekje, Buyeo-gun, Chungcheongnam-do

Fir-Renju ta' Baekje, renju antik tal-Korea t'Isfel li tkattar għal 678 sena mit-18 Q.K. sas-660 W.K., l-interazzjoni mal-pajji?i tal-Lvant tal- Asja ppermettiet l-i?vilupp tal-kultura unika tiegħu stess, li tvarja minn dawk ta?-?ew? renji ?irien ta' Goguryeo u ta' Silla . Ir-Renju ta' Baekje kien ?ie stabbilit f'?ona ?għira tax-xtut tax-xmara Hangang , li llum il-?urnata hija Seoul (Hanseong), fit-18 Q.K., bil-migrazzjoni tal-popolazzjoni minn Goguryeo, u matul is-snin il-belt tkabbret lejn il-parti tal-Lbi? tal-pajji? u saret famu?a kulturalment u ekonomikament. Eventwalment faqqgħu l-gwerer bejn it-tliet renji, u fil-battalja Goguryeo rebħet u okkupat lil Baekje, il-belt kapitali tar-Renju ta' Baekje. Baekje mbagħad rilokat minn Hanseong għal Ungjin, fejn kienet inbniet il-Fortizza ta' Gongsanseong fl-475 W.K., u stabbilietha bħala l-kapitali tagħha. Din ir-rilokazzjoni ffa?ilitat it-twaqqif tal-istat ta' Baekje li nibtet mill-kultura u mill-arkitettura ?ini?a b'rabta mal-ippjanar tal-belt, b'rabta wkoll mal-Buddi?mu. Baekje ttra?mettiet ukoll il-valuri kulturali u reli?ju?i lill-?appun, u Ungjin (mibnija fi?-?entru tax-xmara Geumgang bl-għamla ta' djamant, 130 kilometru (81 mil) lejn il-Lvant ta' Seoul), saret influwenza setgħana fil-Lvant tal-Asja.

Għadira ta' Gongju

Madankollu, kien hemm ?aqliq ieħor tal-kapitali lejn Sabi, u ?ie stabbilit renju setgħan f'Buyeo fil-538 W.K. Din ir-rilokazzjoni kienet meħtie?a għal ra?unijiet kummer?jali, peress li l-belt kapitali prin?ipali ma kellhiex dan il-vanta??. Hawnhekk il-belt ?iet ?viluppata b'palazz irjali, fortijiet, oqbra rjali, u s-sigurta ta' swar. Matul ir-re?im tal-perjodu ta' Sabi ((538-660 W.K.), ir-Re Seong ?aqlaq il-belt kapitali lejn Buyeo fil-538. Iksan ?iet stabbilita bħala t-tieni kapitali għal skopijiet amministrattivi. Fis-660 W.K., Baekje ?arrbet telfa kontra Silla, li kienet allinjat mad-dinastija Tang ta?-?ina.

Il-Buddi?mu wasal f'Baekje mi?-?ina għall-ewwel darba fl-aħħar tas-seklu 4. Fis-seklu 6, Gyeomik, patri Buddist ta' Baekje, mar l- Indja biex jitgħallem iktar dwar il-Buddi?mu u ?ab lura miegħu l-iskritturi, li ?ew tradotti għal-lingwa lokali. Il- filosofija Buddista nfirxet b'mod wiesa' fost is-setturi kollha tas-so?jeta, u l-mexxej ikkunsidra lilu nnifsu bħala Buddha biex je?er?ita l-kontroll irjali fuq is-sudditi tiegħu. Matul dan il-perjodu nbnew ħafna tempji u pagodi Buddisti kbar f'Baekje. Dan ippermetta wkoll interazzjoni mill-qrib ma?-?ina u mal-?appun, mhux biss fl-oqsma tar-reli?jon u tal-filosofija, i?da anke fil-kostruzzjoni tat-tempji f'dawn il-pajji?i matul is-sekli 5 sa 7. Dan il-perjodu wassal ukoll biex il-Lvant tal-Asja ssir "?irku ?eokulturali" b'mudell tal-kitba uniformi b'karattri ?ini?i, bil-prattika tal-Buddi?mu, u bl-adozzjoni tal-kodi?ijiet legali tal- Konfu?jani?mu . Il-belt kattret il-?id għal kwa?i 700 sena mit-18 Q.K. sas-660 W.K. mar-renji ?irien ta' Goguryeo fit-Tramuntana u ta' Silla fil-Lvant.

Il-Qabar tar-Re Muryeong, wieħed mill-Oqbra Rjali ta' Songsan-ri

Il- monumenti stori?i tal-perjodu ta' Baekje ndifnu; b'hekk, meta ?ew skavati, instabu f'kundizzjoni ppreservata sew. Dawn ?ew irre?istrati mill-Gvern tal-Korea t'Isfel bħala Siti ta' Wirt Kulturali fil-qafas tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali tal-1962, li ?ie emendat fl-2012, u fil-qafas tal-Att Spe?jali tal-2004 dwar il-Preservazzjoni u l-Promozzjoni tal-Bliet Antiki, li ?ie emendat fl-2013. Is-siti ddaħħlu wkoll taħt il-protezzjoni tal-Ordinanzi tal-gvernijiet lokali għall-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali, fosthom dawk ta' Chungcheongnam-do tal-2002 u ta' Jeollabuk-do tal-1999.

Organizzazzjoni spe?jali msejħa l-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni u għall-?estjoni ta?-?oni Stori?i ta' Baekje ?iet stabbilita mal-partijiet ikkon?ernati kollha; dawk ?entrali, provin?jali, il-gvernijiet lokali u l-asso?jazzjonijiet komunitarji involuti. Barra minn hekk, iddaħħal fis-seħħ Pjan kumplessiv għall-Konservazzjoni u għall-?estjoni għall-2015-2019 biex ji?i ?gurat li l-"Valur Universali Straordinarju" tal-monumenti tas-sit ji?u ppreservati kif suppost permezz ta' Pjan għall-?estjoni tat-Turi?mu. [2]

Karatteristi?i [ immodifika | immodifika s-sors ]

Il-Fortizza ta' Busosanseong f'Buyeo

Il-Fortizza ta' Gongsanseong ta' Gongju inizjalment kienet magħrufa bħala Ungjinseong u sussegwentement bħala Gongsanseong matul ir-renju tad-dinastija Goryeo. Tokkupa spazju ta' 20 ettaru, attwalment fid-distretti ta' Geumseong-dong u Sanseong-dong. ?iet skavata matul l-iskavi arkeolo?i?i li saru wara s-snin 80 tas-seklu 20, meta l-metodi tal-kostruzzjoni għall-bini tal-ħitan tal-forti, tal-palazz irjali, u tal-istrutturi asso?jati tal-palazz irjali ?ew ?velati. Il-forti jinsab fil-qu??ata tal-għolja ta' Gongsan (b'elevazzjoni ta' 110 metri (360 pied)) u jestendi għal tul ta' 2,666 metru (8,747 pied), b'ħitan tal-?ebel għal tul ta' 1,925 metru (6,316-il pied) u bilan? ta' 735 metru (2,411-il pied) magħmul bil-ħamrija u bir-radam. Il-fortizza nbniet bħala fortifikazzjoni tad-difi?a li ?iet adattata għat-topografija lokali billi kkollegat il-q?a?et tal-għoljiet u tal-muntanji mal-widien. Wara l-waqgħa tal-Imperu ta' Baekje, il-ħitan re?għu nbnew għalkollox bħala ħitan tal-?ebel u l-fortizza ?iet imdawla. Kienet tiffunzjona bħala struttura difensiva u bħala palazz irjali.

Il-Qabar Irjali tar-Re Muryeong huwa tal-25 re ta' Baekje. Dan huwa magħruf bħala l-Oqbra Rjali ta' Songsan-ri jew l-Oqbra Rjali ta' Baekje. Jinsab fil-qu??ata ta' għolja ?għira (b'elevazzjoni ta' 75 metru (246 pied)) fuq in-naħa tan-Nofsinhar tax-xmara Geumgang . ?ie skavat fl-1971 f'kundizzjoni intatta, għalkemm xi skavi kienu twettqu fl-1927 u fl-1932. Meta ?ie skavat, il-qabar tar-re nstab fi stat tajjeb ta' preservazzjoni b'i?jed minn 4,600 o??ett tal-antikwarjat f'kundizzjoni tajba. Ir-re?ina ?iet midfuna hemmhekk ukoll. Il-qabar kien parti minn sitt oqbra oħra li nstabu fost l-Oqbra Rjali ta' Songsan-ri. L-oqbra nbnew għall-ħabta tal-475 W.K. wara li l-kapitali kienet ?iet rilokata. Il-qabar tar-re u l-qabar nru 6 huma magħmula bil-brikks u b'saqaf bil-volta, filwaqt li l-ħames oqbra l-oħra nbnew bħala kompartimenti tal-?ebel b'soqfa għat-tond qishom koppli.

Il-pagoda tal-?ebel b'ħames saffi tat-Tempju ta' Jeongnim-sa

Il-Fortizza ta' Busosanseong, li tinsab fuq għolja ?għira, kienet magħrufa fil-perjodu bikri bħala Sabiseong. Kienet tifforma l-bitħa ta' wara tal-palazz irjali u kienet rotta ta' ħarba f'ka? ta' emer?enza. L-iskavi arkeolo?i?i li twettqu fl-1993 ?velaw dan il-forti. Il-forti jinsab fuq l-għolja ta' Busosan (b'elevazzjoni ta' 106 metri (348 pied)) fit-tarf tat-Tramuntana ta' Buyeo, fuq ix-xatt tal-Punent tax-xmara Geumgang. Il-ħajt tal-forti għandu perimetru ta' 2,495 metru (8,186 pied) b'wisa' fil-ba?i ta' ħames metri sa sitt metri (16 sa 20 pied), u għandu għoli ta' tliet metri (9.8 piedi); il-ħajt inbena bil-metodu tal-ħamrija u tar-radam ikkumpattjati. Il-forti għandu ?ew? daħliet, waħda fin-Nofsinhar u l-oħra fil-Lvant; id-daħla tan-Nofsinhar hija d-daħla prin?ipali. Is-sejbiet hawnhekk jindikaw ukoll li l-forti ntu?a bħala stabbiliment militari għal iktar minn 1,000 sena. Il-"Blata ta' Nakhwaam", li tfisser il-"Blata tal-Fjuri Jaqgħu", hija magħrufa għal-le??enda tra?ika ta' Baekje li skontha 3,000 mara rjali wettqu suwi?idju billi qab?u mill-irdum.

Il-konfigurazzjoni tat-Tempju ta' Jeongnimsa hija konfigurazzjoni arkitettonika popolari fil-Korea t'Isfel kollha u għandha "konfigurazzjoni b'pagoda?sala tat-talb?sala tat-tagħlim". It-tempju jinsab fuq art ?atta u fl-isfond tal-għolja ta' Geumseongsan fil-Lvant u l-għolja ta' Busosan fit-Tramuntana. Inbena matul il-perjodu ta' Sabi u fih tinqix fuq il-pagoda li jfakkar ir-rebħa tad-dinastija Tang f'Baekje. It-tempju għandu konfigurazzjoni ta' daħla ?entrali, swali tat-talb u tat-tagħlim, u ?-?ona residenzjali tal-patrijiet, kollha kemm huma kkollegati permezz ta' passa??i. Il-binjiet kienu magħmula bl- injam mirfud fuq kolonni bil-madum. Is-sit għandu pagoda b'ħames saffi, għolja tmien metri (26 pied) b'pjattaforma baxxa u qafas prin?ipali għoli fl-ewwel saff tagħha, bid-daqs jonqos fis-saffi l-oħra. Fost is-sejbiet arkeolo?i?i nstabu wkoll bosta madumiet tas-saqaf u figurini tat-tafal.

Fis-sit ta' Mireuksaji Seoktap, it-tempju għandu pagoda kbira tal-?ebel li titqies bħala l-ikbar sit ta' tempju mhux biss fil-Korea t'Isfel i?da fil-Lvant tal-Asja. It-torri tal-Lvant tal-pagoda ?ie rinnovat fl-1993 u t-torri tal-Punent tal-pagoda ?ie rrestawrat wara. Kollox ma' kollox, il-pagoda hija ppreservata tajjeb.

Tinqix fuq relikwarju tal-Oqbra Rjali ta' Baekje

L-Oqbra Rjali ta' Neungsan-ri juru bidla fl-istil arkitettoniku tas-saqaf minn wieħed bil-volta għal wieħed ?att. L-oqbra ?ew skavati bejn l-1915 u l-1917. Seba' oqbra ?ew skavati hawnhekk, b'sitta rran?ati f'?ew? ringieli u s-seba' qabar xi 50 metru (160 pied) 'il bogħod. Tliet oqbra fihom kompartimenti tal-?ebel b'passa??, b'soqfa bil-volta b'disinni e?agonali u kwadri.

Is-Swar tal-Belt ta' Naseong li nbnew bħala difi?a għall-belt huma twal 6.3 kilometri (3.9 mil) u nbnew bir-radam, bil-ħamrija u bil-?ebel. Kienu jipprovdu s-sigurta lill-partijiet tat-Tramuntana u tal-Lvant ta' Sabi. Is-swar inbnew bit-teknolo?ija tar-radam u tal-ħamrija kkumpattjati, li dak i?-?mien kienet teknolo?ija innovattiva. Il-parti tal-Lvant tas-swar ?ie rinnovata. Is-swar tal-ħamrija u tar-radam inbnew b'tavli tal-injam, zkuk u weraq tul ?erti bi??iet minnhom. L-iskavi ?velaq id-daħla prin?ipali fil-parti tal-Lvant ta' Buyeo, ħdejn l-Oqbra Rjali ta' Neungsan-ri, b'wisa' ta' 9.5 metri (31 pied) u mibnija b'?ebel rettangolari. Daħla oħra li kienet tinsab 800 metru (2,600 pied) 'il bogħod instabet fl-2013.

Is-sit tat-Tempju tal-għolja ta' Busosan, fix-xaqliba tal-Lbi? tiegħu, għandu tempju Buddista li ?ie ?velat fl-iskavi tal-1980. It-tempju jkopri erja ta' 3,500 metru kwadru (38,000 pied kwadru). Għandu konfigurazzjoni ta' pagoda waħda u sala tat-talb. Fost l-artefatti li nstabu hemm ?intorin tal-bron? indurat li huwa maħsub li kien ta' xi ħadd b'kariga għolja.

Sit ta' Wirt Dinji [ immodifika | immodifika s-sors ]

Pagoda tal-?ebel b'ħames saffi ta' Wanggungri

I?-?oni Stori?i ta' Baekje ?ew idde?injati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-8 ta' Lulju 2015 fid-39 Sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji. [1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ?ie rrikonoxxut abba?i ta' ?ew? kriterji tal-għa?la tal-UNESCO: il- kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' ?mien jew fi ħdan ?ona kulturali fid-dinja, dwar l-i?viluppi fl-arkitettura jew it-teknolo?ija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsa??" għall-karatteristi?i kulturali u arkitettoni?i li r-renji tal-Korea tal-Lvant tal-Asja evolvew fir-rigward tal-metodi tal-kostruzzjoni u l- Buddi?mu , skambjati ma?- ?ina u mal- ?appun ; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas e??ezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ?ivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet", għall-arkitettura, għall-kultura, għar- reli?jon , u għall-ħila artistika straordinarji tar-Renju ta' Baekje fil-bliet kapitali tiegħu, fis-santwarji u l-istrutturi funebri Buddisti, u fil-pagodi tal-?ebel. [1]

Referenzi [ immodifika | immodifika s-sors ]

  1. ^ a b ? Centre, UNESCO World Heritage. "Baekje Historic Areas" . UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingli?) . Mi?bur 2022-05-04 .
  2. ^ "Rapport ta' Evalwazzjoni UNESCO (pp. 12-13)" (PDF) .